Referenza: 66/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPETTUR JOSEPH CORDINA) vs MICALLEF JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 39 (9) TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 579 (2) TAL-KODICI KRIMINALI - IL-QORTI KOSTITUZZJONALI, IL-PARAMETRI TA DIN IL-QORTI - NE BIS IN IDEM
Fil-Qosor
Din il-Qorti hija marbuta li tqis il-kwestjoni kostituzzjonali skont il-parametri tar-riferenza maghmula lilha. Billi l-kwestjoni tkun inqalghet quddiem Qorti li mhix il-Prim'Awla tal-Qorti Civili jewil-Qorti Kostituzzjonali, u billi l-procediment ma jkunx tressaq quddiem din il-Qorti direttament minn min jallega l-ksur tal-jedd fondamentali partikolari, din il-Qorti jkollha tqis fedelment il-kwestjoni fil-mod u t-termini mghoddijin lilha mill-Qorti li tkun ghamlet ir-riferenza, u jekk tonqos li taghmel dan jew titbieghed milli tqis dak lilha riferut, tkun qeghda tiddeciedi extra petita.

Din il-Qorti qeghda tintalab tqis mill-akkuzat jekk bit-tressiq tal-akkuzat b'arrest mixli bl-akkuza taht l-artikolu 579(2) tal-Kodici Kriminali, l-istess akkuzat huwiex qieghed igarrab ksur tar-regola li persuna m'ghandhiex tbati piena doppja darbtejn ghall-istess ghamil.

Skont l-Artikolu 579 (2) tal-Kodici Kriminali, fejn persuna li tkun inghatat helsien provizorju mill-arrest taht garanzija, tista' titlef dik il-garanzija u jista' jintilef ukoll il-helsien hekk moghti jekk kemm-ildarba tonqos skond xi wahda mill-ghemejjel mahsuba fl-ewwel inciz, sakemm il-Qorti ma tqisx li talinuqqas jew ksur ma jkunx wiehed serju. Izda l-ligi trid li nuqqas bhal dak li jkun jikkonsisti fi ksur ta' wahda mill-kundizzjonijiet maghmulin fid-degriet li jkun tal-helsien provvizorju mill-arrest,isir ukoll reat li jgib mieghu ukoll il-possibilita' ta' multa u/jew piena ta' habs f'kaz ta' sejbien ta' htija. Il-ligi taghti lill-Pulizija s-setgha li jitolbu lill-Qorti tordna r-revoka tal-helsien mill-arrest u l-arrest mill-gdid tal-persuna imputata jew akkuzata.

L-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jipprovdi dwar id-dritt li l-ebda persuna li tkun ghaddiet minn procediment quddiem Qorti kompetenti dwar reat kriminali (sew jekk tkun inhelset mill-akkuza u sew jekk tkun instabet hatja)ma tista' terga' titressaq mixlija fi proceduri ohrajn dwar dak ir-reat jew xi reat iehor li ghalihsetghet instabet hatja fl-ewwel procediment, ghajr fuq ordni ta' Qorti oghla moghti matul il-kors ta' appell jew procedura ta' revizjoni tal-ewwel process. L-istess artikolu jrid ukoll li hadd ma jitressaq mixli dwar reat kriminali li tieghu dik il-persuna tkun diga' nghatat mahfra. Tali principjujsib ix-xbieha tieghu ukoll fl-Artikolu 527 tal-Kodici Kriminali, fil-kaz fejn persuna mixlija tinheles mill-akkuzi mressqin kontriha.

Il-principju tan-ne bis in idem imhares fl-artikolu 39(9)tal-Kostituzzjoni jimplika li persuna li tkun ghaddiet minn process dwar reat, m'ghandha qatt terga'tghaddi minn process iehor dwar tali reat jew dwar reati ohra li setghet tinstab hatja dwarhom f'dak l-ewwel process.

L-aspett tal-principju tan-ne bis in idem taht il-Konvenzjoni, jiehu xejraxi ftit differenti minn dak li japplika taht il-Kostituzzjoni. L-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll tal-Konvenzjoni, li llum il-gurnata jaghmel bicca mil-ligi ta' Malta, jipprovdi li hadd ma jista' jigipprocessat jew ikkastigat ghal darba ohra fi procediment kriminali taht il-gurisdizzjoni tal-istessStat ghal xi reat li dwaru jkun gie ipprocessat (kemm jekk ikun inheles kif ukoll jekk ikun instab hati) skond il-ligi u l-procedura penali f'dak l-Istat. L-imsemmi artikolu jaghmel eccezzjoni fil-kaz li, skond il-ligi u l-procedura penali ta' xi Stat, kaz jista' jerga' jinfetah jekk ikun hemm provi ta' fatti godda li jkunu ghadhom kif irrizultaw, jew jekk fl-ewwel procediment ikun sehh xi “vizzju fondamentali”, li f'kull kaz minnhom jista' jkollhom effett fuq kif jisvolgi l-kaz.

L-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll tal-Konvenzjoni ma jzommx milli persuna tigi suggetta ghal izjed minn procediment wiehed ta' karattru differenti, bhal fil-kaz ta' tehid ta' proceduri dixxiplinari u proceduri kriminali kontra l-istess persuna fl-istess gurisdizzjoni. Dak l-artikolu lanqas ma jzomm millijittiehdu kontra l-istess persuna procedimenti ta' ghamla kriminali f'gurisdizzjonijiet differentidwar l-istess ghamil. Fuq kollox, dak l-artikolu japplika biss dwar procedimenti precedenti li jkollhom it-timbru ta' gudikat. Decizjoni titqies bhala gudikat meta tkun irrevokabbli u meta ma jkun ghad fadal l-ebda rimedju iehor disponibbli ghall-partijiet li jista' jibdel dik id-decizjoni.

Is-soluzzjoni tal-kwestjoni dwar jekk il-proceduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati kontral-akkuzat jikkostitwux ksur tal-jedd tieghu tan-ne bis in idem, tiddependi mill-isfera ta' applikazzjoni tal-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll. Il-Qorti tidentifika dawn l-elementi biex jista' jinghad litali jedd ikun inkiser: (i) tehid ta' proceduri jew l-ghoti ta' piena mill-gdid; (ii) fi procediment kriminali; (iii) ghal reat li dwaru tkun diga' nghatat decizjoni finali; (iv) fl-istess gurisdizzjoni; u (v) skond il-ligi u l-procedura ta' dak il-pajjiz. L-ghan ewlieni ta' dan l-artikolu huwa ghalhekk dak li jzomm milli ssir ripetizzjoni fl-istess Stat ta' proceduri kriminali li jkunu ntemmu qabel b'decizjoni finali.

Dak li huwa essenzjali ghad-determinazzjoni ta' jekk it-“tieni” procediment jiksirx ir-regola tan-ne bis in idem hu jekk ir-reat li bih il-persuna tigi mixlija jikkostitwix ghamil bl-istess elementi tar-reat li dwaru dik il-persuna kienet diga' nstabet hatja. Jekk l-elementi jirrizultaw l-istess jew jirkbu fuq xulxin, allura t-tendenza hija li jkun hemm ksur tal-principju tan-ne bis in idem. Min-naha l-ohra, jekk l-ghamil wiehed jaghti lok ghal izjed minn reat punibbli wiehed, it-tehid ta' izjed minn procedura wahda fil-gurisdizzjoni tal-istess Stat dwar kullreat ma jiksirx dik ir-regola.

Din il-Qorti tikkonkludi billi tghid li l-proceduri mehuda kontra l-akkuzat u li ghadhom qeghdin jinstemghu mill-Qorti Riferenti ma jiksrux il-jeddijiet tal-akkuzat la taht il-Kostituzzjoni u lanqas taht il-Konvenzjoni. Ghalhekk tordna lir-Registratur sabiex jghaddi lura l-atti tal-akkuza lill-Qorti Riferenti sabiex tkompli tisma' l-kaz skond din is-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni