Reference: 755/2000/1

Judgement Details


Date
08/02/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
JOSEPH U MARIA CONCETTA GAUCI vs SEGRETARJU PERMANENTI FL-UFFICJU TAL-PRIM MINISTRU, SEGRETARJU PERMANENTI FL-UFFICJU TAL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI, SAVIOUR OF JOSEPHINE KONJUGI GALEA GHAL KULL INTERESS LI JISTA' JKOLLHOM
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 5(4)(D)(III) TAL-ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROPORZJONALITA` RIKJESTA AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA FL-IMPOSIZZJONI TA` KONTROLLI FUQ L-UZU TA` PROPRJETA`
Summary
Azzjonijiet rigwardanti vjolazzjonijiet tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem ai termini tal-Kostituzzjoni jew tal-Konvenzjoni Ewropeja, meta indirizzati kontra l-Gvern m`ghandhomx ghalfejn jigu preceduti b`ittra ufficjali jew protest gudizzjarju ai termini tal-Artikolu 460 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta.

L-Artikolu 5(4)(d)(ii) tal-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar Tipprovdi likirja ta` dar ta` abitazzjoni ta` fond dekontrollat ssir wara l-21 ta` Gunju 1979 tali kirja ghandhatiddistingwi bejn il-parti ta` kera rigwardanti id-dar u dik il-parti tal-kera rigwardanti l-ghamara u l-oggetti l-ohra tad-dar u l-kerrej ikollu jedd, f'kull zmien li ma jkunx qabel sena mid-data lifiha jkun ghall-ewwel darba okkupa d-dar mikrija, jitlob ix-xoljiment tal-kirja ta' l-ghamara u ta'l-oggetti l-ohra tad-dar, u b'effett minn meta jghaddu sitt xhur wara d-data tat-talba jkollu jeddghax-xoljiment ta' dik il-kirja u li jhallas biss il-kera miftiehem dwar id-dar.

L-Artikolu 5(4)(d)(iii) umbaghad jipprovdi li meta kirja ssir bi ksur tas-sub-paragrafu (ii) ta' dan il-paragrafu, ebda kera jew kumpens iehor ma jkollu jithallas lill-proprjetarju sa dak iz-zmien li d-disposizzjonijiet ta' dak is-subparagrafu jkunu mharsa; u kull somom li jithallsu bhala kera jew kumpens iehoru li ma jkollhomx jithallsu kif intqal qabel ikunu jistghu jingabru lura minghand sid il-kera.

L-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea, jipprovdi li:

"Kull persuna naturali jew persuna morali ghandha dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Hadd ma ghandu jigi ipprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla hsara tal-kundizzjonijiet provduti bil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali.

Izda d-disposizzjonijiet ta' qabel ma ghandhom b'ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhruluxierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta` skond l-interess generali jew biex jizgura l-hlas ta'taxxi jew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni."

Dan l-Artikolu jipprotegi sostanzjalment id-dritt ghall-proprjeta` u jikkontjeni tliet regoli distinti. L-Ewwel regola li hija kontenuta fl-ewwelsentenza tal-ewwel paragrafu u hija ta` natura generali ssostni l-principju tat-tgawdija pacifika tal-proprjeta`. It-tieni regola, fit-tieni sentenza tal-istess paragrafu, titratta dwar id-deprivazzjoni minn certi proprjetajiet u tissoggettaha ghal certi kondizzjonijiet. It-tielet regola, kontenutafit-tieni paragrafu tirrikonoxxi dritt ta` l-istat li jikkontrolla l-uzu ta` proprjeta` skond l-interess generali billi jwettaq kwalsijasi ligijiet li jistghu jitqiesu ghal dan il-ghan. Madanakollu dawn ir-regoli m'humiex distinti fis-sens li m'huma bl-ebda mod marbutin ma` xulxin. It-tieni u t-tielet regola jitrattaw dwar kazi partikolari ta` interferenza mad-dritt tat-tgawdija pacifika tal-proprjeta`. Iridu ghalhekk jigu interpretati fid-dawl tal-principju kontenut fl-ewwel regola.

Dwarit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 in dizamina, cioe` dwar il-kontroll mill-Istat tal-uzu ta' proprjeta`, li l-Istat ghandu margini ta' diskrezzjoni wiesgha dwar x'mizuri jistghu jkunu mehtiega minn zmien ghal iehor; pero` dawna l-mizuri ghandhom ikunu tali li jkun hemm bilanc gust bejn il-htigijiettas-socjeta` u d-dritt ta' l-individwu ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti tieghu. U hija l-Qorti li, fl-ahhar mill-ahhar, trid tara jekk tali bilanc jezistix o meno.

Il-Qorti trid tistharreg il-legalita` u l-proporzjonalita` tal-mizura li tikkontrolla l-uzu ta` proprjeta`. Apparti mill-legalita` ai termini tal-ligijiet domestici l-istat irid juri li hemm "fair balance", jigifieri li fid-dawl tal-gid pubbliku li fuqu jkun ibbazat il-kontroll il-piz li bih jitghabba l-individwu mhux wiehed eccessiv u li l-mizuri ma jkunux sproporzjonati, jigifieri li l-skop pubbliku ma jistax jigi sodisfatt bl-ebda mod iehor hlief bl-imposizzjoni ta` dan il-piz fuq l-individwu.

Il-Qorti irravvizat li hemm element ta' sproporzjonalita` manifesta bejn l-ghan li ried jilhaq il-legislatur Malti bl-introduzzjoni tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (4) tal-Artikolu 5 tal-Kap. 158 -- u cioe` lima jkunx hemm abbuz minn kiri ta' proprjeta` furnished -- u l-penalitajiet li jinkorri fihom sid il-kera meta jonqos milli jiddistingwi bejn il-kera ghall-fond u dik ghall-ghamara. Ma hemm xejn li jmur kontra d-drittijiet fondamentali ta' sid il-kera (u senjatament kontra l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll fil-kwadru tad-dritt ta' l-Istat li jikkontrolla l-uzu tal-proprjeta` fl-interess generali)fil-fatt li l-ligi tippermetti lill-inkwilin (li jkun cittadin Malti) li jinhall minn dik il-parti ta' kuntratt ta' kirja ta' fond furnished li tkun tirreferi ghall-ghamara u jzomm ferma l-kirja rigwardanti l-bini. Fil-kuntest socjali Malti tali disposizzjoni setghet kienet wahda salutari fiz-zmienmeta giet fis-sehh u ghaz-zmien li damet fis-sehh. Anqas ma hemm xejn li jmur kontra d-drittijiet fondamentali tal-bniedem fis-semplici fatt li l-ligi tezigi li mill-21 ta' Gunju, 1979 'l quddiem kirjiet simili kellhom jiddistingwu bejn il-parti tal-kera dwar id-dar u dik il-parti tal-kera riferibbli ghall-ghamara. Pero` is-sub-paragrafu (iii) tal-Artikolu 5(4)(d) ifisser fil-prattika li minkejjal-kuntratt ta' kiri -- u element principali ta' tali kuntratt huwa proprju l-hlas tal-kera da partita' l-inkwilin -- l-inkwilin jista' jibqa' fil-fond in kwistjoni ghal periodu ta' zmien, li jista' jkun anke periodu konsiderevoli, minghajr ma effettivament ihallas sold kera (u dan imqar sakemm sidil-kera jirrikorri quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex issir id-distinzjoni li ma tkunx saretfil-kuntratt originali). Mhux biss, izda fejn iz-zewg partijiet kienu originarjament kuntenti bil-kuntratt kif sar u l-inkwilini kienu regolarment ihallsu l-kera pattwita, jista' jaghti l-kaz li waranumru konsiderevoli ta' snin, ikun sid il-kera li jispicca jkollu jhallas lill-inkwilin fis-sens lijkollu jirrifondilu l-ammont kollu tal-kera -- sia ghall-bini kif ukoll ghall-ghamara -- li tkun diga thallset.

Il-Qorti ikkunsidrat li dina d-disposizzjoni tqieghed piz sproporzjonat fuq sidil-kera meta mqabbel mal-ghan tal-ligi kif kienet, cioe` li jigi protett l-inkwilin minn kirjiet ta' proprjeta` furnished fejn l-ghamara ma kienitx tiggustifika tali kera, kif ukoll li taghti l-opportunita` lill-inkwilin li wara certu zmien ikun jista' jarma d-dar bl-ghamara tieghu. Bid-disposizzjoni tas-sub-paragrafu (iii) kif inhi, sid il-kera jispicca -- minkejja l-ftehim originarjament milhuqma' l-inkwilin -- jipprovdi akkomodazzjoni b'xejn lill-inkwilin. Kienet tkun differenti, per ezempju, s-sitwazzjoni li kieku sid il-kera kellu biss jirrifondi l-kera ghall-ghamara mid-data li ssir it-talba minn naha ta' l-inkwilin ghax-xoljiment tal-kirja ta' l-ghamara; anke jekk il-kera ghall-ghamara ma tkunx ghada giet determinata, l-inkwilin, fin-nuqqas ta' ftehim, jista' jadixxi l-Bord li Jirregola l-Kera u wara li l-ammont tal-kera ghall-bini jigi determinat mill-imsemmi Bord, jiehu lura dak kollu li jkun hallas ghall-ghamara b'lura mid-data li huwa jkun ghamel it-talba ghax-xoljiment tal-kirja ta' l-ghamara. Konsegwentement id-disposizzjoni tas-sub-paragrafu (iii) tal-Artikolu 5(4)(d)tal-Kap. 158 tilledi d-dritt fondamentali tar-rikorrenti kif protett bl-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info