Referenza: 52/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/02/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
REFALO TEDDY SIVE JUDE TADDEO ET vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 230 TAL-KAP 12 - RIMEDJU GUDIZZJARJU ALTERNATTIV - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Meta jinghad li jkun hemm rimedju iehor xieraq, dejjem ikun qieghed jitfisser li tali rimedju jrid jitqies fid-dawl tal-ksur tal-jedd fondamentali li jkun qed jigi allegat li nkiser jew li jkun mhedded li sejjer jinkiser: ghandu jkun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta` ksur lamentat. M`hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjed li jintwera li jkun wiehed li jista` jigi segwit b`mod prattiku, effettiv u effikaci.

Madankollu, l-ezistenza ta` rimedju iehor trid titqies fiz-zmien tal-allegat ksur tal-jedd fondamentali li dwaru jitressaq l-ilment,u mhux fiz-zmien li jkun tressaq l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali. M`huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejn iz-zmien li fih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali dwar l-istess ksurbhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis li wiehed jista` jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostizzjonali biex tisma` kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b`mod li fejn jidher li hemm jew sejjer ikun hemm ksur serjuta` drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta` dawk is-setghat. Irid dejjem jitqies li din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloqbilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali, u mill-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.

Din il-Qorti jidhirlha li ghandha tiddiklina milli tezercita l-gurisdizzjoni kostituzzjonali taghha peress li jezistu proceduri ohra adegwati ghar-rikorrenti. Hu veru li skont l-artikolu 229(1)(e) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta ma jistax, f`dan l-istadju, jsir appell mid-digriet li in forza tieghu l-Qorti ma ppermetiex li jsiru mistoqsijiet lix-xhud, pero`, hu dejjem miftuh ghall-parti leza tressaq rikors ai termini tal-artikolu 230 tal-Kap. 12 fejn titlob lill-Qorti tirrikonsidra l-pozizzjoni taghha, u tirrevoka jew tvarja contrario imperio d-digriet precedenti taghha.Jekk dik il-Qorti tibqa` tirrifjuta li tippermetti li jsiru mistoqsijiet ulterjuri lix-xhud, huwa dejjem permess li jsir appell mid-digrieti flimkien ma` appell mis-sentenza tal-Qorti. Dan hu rimedjueffettiv u effikaci, ghax jekk l-Onorabbli Qorti tal-Appell tilqa` l-lanjanzi tar-rikorrenti, dawnikollhom l-opportunita` li jaghmlu d-domandi ulterjuri li jixtiequ jaghmlu.

Il-Qorti kompetenti li tiddeciedi fuq jekk dak id-digriet huwiex gust jew le hija l-Onorabbli Qorti tal-Appell, u jekk ir-rikorrent jitlef il-kawza fil-meritu, hu jkollu kull dritt li jilmenta minn dak l-istess digriet quddiem dik l-Onorabbli Qorti tal-Appell. Din l-Onorabbli Qorti tista` tikkonferma, thassar jew tvarja d-digriet tal-ewwel Qorti skont ma jidhrilha gust u opportun fil-kawza. Hu car, ghalhekk, lir-rikorrenti ghandhom rimedju prattiku, effettiv u effikaci ghal-lanjanzi taghhom; u l-fatt li dan ir-rimedju ma jistax jigi utilizzat f`dan l-istadju, imma biss wara li tinghata s-sentenza finali mill-Qorti, bl-ebda mod ma jista` jfisser li r-rikorrenti gew mcahhda mid-dritt ta` smigh xieraq. Ma jirrizultax li n-nuqqas ta` rimedju f`dan l-istadju hu ta` pregjudizzju ghar-rikorrenti, ghax, kif inghad, l-Onorabbli Qorti tal-Appell, fi stadju opportun, ghandha l-fakulta` taghti kull rimedju mehtieg biex thares id-drittijiet tal-partijiet fil-kawza. Qabel ma jigi ezawrit dan ir-rimedju ordinarju, mhux lecitu li din il-Qorti tintrometti ruhha fl-inter procedurali kif determinat mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Gurisdizzjoni Superjuri.

Del resto, mhux biss il-kawza ghadha ma gietx deciza, izda ghad hemm il-possibilita` ta` revoka contrario imperio tad-digriet impunjat, u l-possibilita` ta` re-ezami tax-xhud ghal kaz li jigi prodott ghall-kontro-ezami. Kwindi, jidher car li, f`dan l-istadju hu prematur li jigi ezaminat jekk gewx lezi d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tiddeklina milli tezercita il-kompetenza kostituzzjonali taghha, u qed tillibera lill-intimat mill-osservanza tal-gudizzju. L-ispejjez ta`dawn il-proceduri jithallsu kollha mir-rikorrenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni