Reference: 150/1990/1

Judgement Details


Date
26/01/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, MAGRI ALBERT J., MALLIA TONIO
Parties
ABELA PIERRE vs DEPARES JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 8 TAL KAP 288 - PREZZIJIET TAL BINI
Summary
L-Artikolu 8(1) tal-Kap 288 (l-Att XXXVI tal-1980 li jirregola l-prezzijiet tal-bini, kif sussegwentement emendat bl-Att XIII tal-1983 u l-Att numru VI tal-1985), jistabilixxi li fejn persuna tkun hallset prezz li jeccedi l-prezz stabbilit taht l-Att hija tista' titlob ir-rifuzjoni tad-differenza fil-prezzijiet. Din it-talba ghar-rifuzjoni trid issir quddiem tribunal specjali mwaqqaf permezz tal-istess Att. Is-subinciz (2) ta' dan l-Artikolu izda jipprovdi wkoll li tali talba ghar-rifuzjoni tad-differenza fil-prezzijiet trid issir fi zmien sentejn mid-data tal-ahhar pagament. Din il-ligi taghmilha cara li l-hlas li parti jista' jitlob ghax-xoghol ta' bini ghandu jkun biss dak stabbilit skonddak l-istess Att.

Fl-Artikolu 8 (1),il-Kap. 288 jipprovdi li ghandu jkun hemm tribunal lijkun maghruf bhala t-Tribunal ghall-Kontroll tal-Prezzijiet tal-Bini li jkollu gurisdizzjoni li jiddeciedi talbiet u kwistjonijiet ohra dwar kull haga li tolqot il-prezz li ghandu jithallas u kull hlas lura li jkollu jsir, skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.

Dan hu Tribunal imwaqqaf b'kompetenza specjali - mhux necessarjament - biex jiehu konjizzjoni ta' kull kwistjoni li tolqot il-prezzijiet tal-bini stabbiliti b'avviz legali skond il-Kap. 288. Dan ifisser illi min - bhall-appellant - jinvoka l-protezzjoni ta' dan l-Att, kien obbligat li jadixxi lil dan it-Tribunal, kif effettivament jirrizulta li kellu hsieb li jaghmel il-konvenut skond ma hu stess ivverbalizza fl-atti tal-kawza imma li ma jirrizultax illi sal-lum hekk ghamel. Ma jfissirx illi l-provvedimenti ta' dan l-Attsetghu jew kellhom jigu invokati u applikati mill-Qrati ordinarji. Ghalkemm mhux eksluz li l-Qratiordinarji seta' jkollhom kompetenza biex jiddeliberaw u jiddeciedu dwar kwistjonijiet rigwardanti l-prezzijiet tal-bini u l-hlas ghax-xoghol ta' kostruzzjoni - materji dawn da verificare kieku nghatat eccezzjoni f'dan is-sens - il-qrati ordinarji ma setghux, la sua sponte u lanqas jekk hekk mitlubali jaghmlu, japplikaw il-provvedimenti ta' dak l-Att u d-drittijiet fihom eradikati, ghax dawn humaeskluzi mill-gurisidzzjoni taghha.

Kull min allura jinvoka l-protezzjoni ta' l-Att dwar il-Kontroll tal-Prezzijiet tal-Bini kellu necessarjament - jekk imharrek - jaghti l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza tal-qrati ordinarji ta' dik il-vertenza. Eccezzjoni din li ghandha tigi sollevata in limine litis.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info