Referenza: 18/2004/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/01/2007
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE ANTON
Partijiet
BRINCAT JOSEPH DR. NOE vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - DRITT GHALL-PENSJONI
Fil-Qosor
L-ghoti ta' kontribuzzjonijiet f'fond tal-pensjonijiet jista' taht certi cirkostanzi johloq "a property right" u dan id-dritt jista' jigi effetwat mill-mod kif il-fond jitqassam. Id-drittijiet li jinholqu mill-hlas tal-kontribuzzjonijiet huma ta' natura pekunjarja ghall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea.

Anki jekk stess l-imsemmija disposizzjoniji tiggarantixxi l-beneficcji lil min ikun ikkontribwixxa ghal sistema ta' sigurtà socjali, xorta wahda m'hemmx garanzija ghal xi ammont partikolari.

Fi kliem iehor, ghalkemm, il-fatt li wiehed ikun ikkontribwixxa ghax hallas "il-bolla" tas-sigurta` socjali, johloq "a property right" li jista' jkun protett bl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll, meta si tratta ta' skema imhaddma mill-iStat fl-ambitu tas-sigurta` socjali wiehed ma jistax jitkellem dwar dritt ghal xi ammont partikolari ta' pensjoni. Sakemm dak li jkun sar ma jkunx jammonta ghal negazzjoni totali tad-dritt ghall-pensjoni (jew, bhalma kien f'diversi mill-kazijiet hawn aktar 'l fuq citati, negazzjoni totali ghal xi beneficcju ta' natura pekunjarja iehor), wiehed ma jistax jitkellem dwar ksur tal-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll. Fil-kaz in dizamina, id-disposizzjoni tal-ligi li qed tigi attakkata - l-Artikolu 47 tal-Kap. 318, abbinat, s'intendi ma' disposizzjonijiet ohra tal-istess ligi - tipprovdi li meta persuna jkollha "service pension" minghand l-ex-employer taghha, il-pensjoni tas-sigurta` socjali titnaqqas bid-differenzata' dak li dik il-persuna tkun qed tippercepixxi mill-pensjoni privata. Pero` qatt ma tigi negata ghal kollox il-pensjoni tas-sigurta` socjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni