Reference: 804/2003/2

Judgement Details


Date
04/10/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
SCICLUNA MAUREEN vs FARRUGIA DR ANTHONY P
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KAP 12; ARTIKOLU 811 (L) - RITRATTAZZJONI
Summary
L-appellant hass ruhu aggravat b'decizjoni u b'hekk, b'rikors talab li din il-Qorti:-
1. tiddikjara li hemm lok ghar-ritrattazzjoni tal-kaz ai termini tal-Artikolu 811(l) tal-Kodici tal-Procedura Civili;
2. konsegwentement thassar is-sentenza taghha tas-6 ta' April, 2005 fl-ismijiet Maureen Scicluna vs Dr. Anthony P. Farrugia;
3. tordna ir-ritrattazzjoni tal-kaz.

L-Artikolu 811 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi li kawza deciza b'sentenza moghtija fi grad ta' appell tista', fuq talba ta' wahda mil-partijiet li jkollha interess, tigi ritrattata, wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza, u fost ir-ragunijiet ta' ritrattazzjoni insibu l-paragrafu (l) li qed jigi nvokat mit-titrattant li jiddisponi hekk:
“jekk is-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.”

Din ir-raguni ta' ritrattazzjoni izda hija kwalifikata billi jinghad hekk:
“Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li hemm dak l-izball, fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-supposizzjoni ta' xi fatt li l-verita` tieghu tkun blaebda dubbju eskluza, jew fuq is-supposizzjoni li ma jezistix xi fatt, li l-verita` tieghu tkun stabbilita` pozittivament, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunx punt ikkontestat illijkun gie deciz bis-sentenza.”

Il-bazi tal-appell intavolat mill-istess Dr. Anthony P. Farrugia kien jikkoncerna l-quantum tas-somma li kellha tigi rifuza billi, skont l-istess appellant, kienhemm karenza ta' provi li jissostanzjaw it-tezi attrici mentri kien hemm provi ohra li sahansitra jikkontradixxu dak li kienet qed tghid l-istess attrici appellata.

Il-fatt li jissema fil-paragrafu (l) tal-Artikolu 811 kien punt ikkontestat li gie deciz bis-sentenza u li konsegwentement mahemmx dritt ta' ritrattazzjoni.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddecciedi billi tichad it-talba tar-ritrattant bl-ispejjez kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info