Reference: 1201/1998/2

Judgement Details


Date
07/07/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY, CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R.
Parties
EDRICHTON HOLDINGS LIMITED vs VELLA EMMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI
Summary
L-istitut ta' ritrattazzjoni huwa rimedju eccezzjonali nkwantu jikkostitwixxi deroga mir-regola generali li “res judicata pro veritate habetur”. L-istitut ta' ritrattazzjoni huwa wiehed specjalissimuli jippermetti li kawza tigi ezaminata ghat-tielet darba. L-organizzazzjoni ta' l-ordni gudizzjarjufl-istruttura taghha hija ta' zewg gradi - prim'istanza u appell - mentri r-ritrattazzjoni tintroduci ttielet grad bhala mizura eccezzjonalissima intiza principalment biex tigi evitata ingustizzja cara u palezi, minhabba fatturi li jkunu jew sfuggew l-ezami ta' l-ewwel istanza jew taz-zewg istanzi jew li jkunu issopravvenew, basta li f'ebda kaz dawn il-fatturi ma jkunux dovuti ghan-negligenza procedurali ta' min jitlob ir-ritrattazzjoni.

Biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, il-fatti tal-kawza ma jistghux jigu ezaminati mill-gdid. Lanqas jistghu jigu vvalutati jew interpretati b'mod iehor, ghajr kif gew ivvalutati u interpretati fis-sentenza attakkata. Ikun hemm lok ghar-rittrattazzjoni fuq dan il-motiv jekk, fuq dawk il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, ikunjidher li l-Qorti applikat disposizzjoni tal-ligi flok dispozizzjoni ohra li kellha proprjament tigi applikata. Jekk jirrizulta li s-sentenza impunjata tkun applikat il-ligi korretta ghall-fatti tal-kaz, xorta wahda ma hemmx lok ghal ritrattazzjoni fuq il-motiv tas-subinciz (e) nonostante li l-interpretazzjoni moghtija mill-Qorti lil dik il-ligi tkun skorretta. Biex ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv, irid jintwera li l-Qorti, fis-sentenza impunjata, applikat il-ligi l-hazina ghall-kaz, u mhux li applikat il-ligi t-tajba b'mod hazin.

L-ilment tal-konvenuti ritrattandifir-rigward ta' sentenza ta' din il-Qorti hu li din il-Qorti mhux biss applikat il-ligi hazina imma naqset li tapplika l-ligi, billi naqset milli tapplika d-definizzjonijiet moghtija mid-DevelopmentControl Policy and Design Guidance 2000 (DC2000) u (DC2005) mahruga mill-Awtorita Dwar.

Ghall-finijiet tal-artikolu 881(e) tal-Kap 12, biex jitqies li sentenza tkun applikat il-ligi hazin huwamehtieg li jirrizulta ksur ta' ligi cara u espressa li, minnha nnifisha, ma taghtix lok ghal interpretazzjoni. Ghalhekk, meta fis-sentenza l-Qorti tinterpreta liema ligi kienet tapplika ghall-kaz u tghaddi biex tapplikaha, in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' xi ligi ohra li xi parti fil-kawza thoss limessha giet applikata minflok, ma jgibx b'daqshekk li s-sentenza tkun applikat il-ligi hazin. Dan ifisser li l-Qorti tkun ghamlet ezercizzju tal-ghazla tal-ligi li fid-diskrezzjoni ta' gudizzju moghti lilha, thoss li kienet tapplika ghall-kaz li kellha quddiemha. Fil-kaz partikolari, l-Qorti qieset li d-disposizzjonijiet tal-Kodici Civili dwar it-tifsir tal-patti kuntrattwali kellha tkun il-ligiapplikabbili, u mhux ligi ohra li, kif gja nghad, lanqas biss kienet ghadha tezisti meta saru l-kuntratt bejn il-partijiet.

L-applikazzjoni mill-Qorti tal-Ligi tal-Kuntratti biex tfisser klawsola f'kuntratt u fil-kuntest li dik il-klawsola kienet saret ma tista' qatt titqies bhala l-applikazzjoni tal-ligi hazina ghall-fatti tal-kaz. Ghaldaqstant din il-Qorti tichad it-talba tar-rikkorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info