Referenza: 60/2005

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2006
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GOURMET COMPANY LIMITED vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 13 TAL-KAP 319 - SMIGH XIERAQ - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Din il-kawza imxiet kontestwalment mal-kawza l-ohra fl-istess ismijiet (rikors numru 58/05). Din il-kawza fil-fatt, tista' titqies bhala kontinwazzjoni tal-kawza l-ohra, u fiha, is-socjeta` rikorrenti, qed terga` tilmenta li kien hemm ksur ta` smiegh xieraq meta l-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri rrifjutat li tissospendi l-ezekuzzjoni tal-mandat kostituzzjonali minnha mressaq kontra d-decizjoni tal-Onorabbli Qorti tal-Appell tat-22 ta` Novembru, 2005, u tal-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri tal-24 ta` Novembru, 2005, li l-effett taghhom kien ukoll biex ma tigix sospiza l-ezekuzzjoni tal-imsemmi mandat.

Din il-Qorti, fil-kawza rikors 58/05, trattat kontestwalment l-ilmenti tas-socjeta' rikorrenti u ddecidiet li ma kienx hemm ksur tar-regoli ta` ‘audi alteram partem' uta` smiegh xieraq, anke fil-kuntest tad-digriet tat-30 ta` Novembru, 2005, meritu ta` dawn il-proceduri. Din il-Qorti taghmel riferenza ghal dak kollu li ntqal minnha fil-kawza 58/05 li ghandu japplika ukoll ghal fini ta` din il-kawza. Din il-Qorti tadotta u taghmel taghha l-argumenti taghha stesskif esposti fil-kawza rikors numru 58/05, u kif intqal f`dik il-kawza tqies li anke fil-hrug tad-digriet impunjat, ma saretx vjolazzjoni tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jew tal-artikolu 6(1) tal-Kap. 319.

Din il-Qorti, ukoll, ma tarax li s-socjeta` rikorrenti giet mcahhda mid-dritt ghal rimedju effettiv garantit mill-artikolu 13 tal-Kap. 319. Is-socjeta` rikorrenti, fil-fatt, utilizzat ir-rimedji ordinarji li taghtiha l-ligi, u dawn ir-rimedji, f`kaz ta` ezitu favorevoli ghaliha, jistghu iwasslu ghall-vindikazzjoni tal-pretensjonijiet taghha, u mhux eskluz li s-socjeta` rikorrenti tinghata lura l-pussess tal-fond in kwistjoni u jitqies li l-kirja u/jew l-okkupazzjoni taghha qatt magiet terminata. Ebda digriet jew decizjoni li hadet il-Qorti fir-rigward tal-mandat ta` zgumbrament numru 153/05 ma huwa ta` ostakolu ghall-vindikazzjoni tad-drittijiet tas-socjeta` rikorrenti si etquatenus. F`dan l-istadju, il-posizzjoni li hadet il-Qorti hi li l-mandat ta` zgumbrament fuq imsemmi ghandu jinghata effett, u din id-direttiva bl-ebda mod ma cahhad lis-socjeta` rikorrenti minn rimedju effettiv f`kaz ta` ezitu favorevoli ghaliha tal-proceduri ghar-ridress minnha istitwita.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tas-socjeta` rikorrenti, bl-ispejjez kollha kontra taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni