Reference: 656/2002/1

Judgement Details


Date
26/04/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
DEPASQUALE ANTON
Parties
ATTARD CARMELO vs ATTARD SALVATORE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
SPOLL - TGAWDIJA TA ART
Summary
L-attur talab illi l-konvenut Salvatore Attard jigi ikkundannat jisporgi (sic) l-ispoll minnu kommess billi fi zmien qasir u perentorju illi jigi lilu prefiss, jerga' jirripristina lill-attur fid-dritt tieghu li jkompli jgawdi l-access u l-pussess esklussiv ta' cirka erbat itmiem art u dana fl-istatu fil-modalità li fih kien qabel mal-istess access u pussess ghall-attur kien safa zbarrat (sic) umolestat permezz ta' xatba li tinqafel u nzerghat u nhadmet parti minnha b'manjera abbusiva - liemaart l-attur ilu jahdimha b'mod esklussiv ghal dawn l-ahhar sittin sena shah. Fin-nuqqas li l-konvenut jisporgi l-ispoll fiz-zmien lilu prefiss, l-attur talab ukoll li l-Qorti ghandha tawtorizza lill-attur jirripristina huwa stess dan id-dritt tieghu ta' access, pussess u tgawdija tal-imsemmi(ja) porzjoni ta' art b'mod esklussiv a spejjes tal-istess konvenut okkorrendo permezz ta' periti nominandi;bl-ispejjes u bl-interessi legali kontra l-konvenut minn issa ngunt ghas-subizzjoni. Ghall-finijiet ta' kompetenza gie dikjarat li l-valur lokatizzju tal-art de quo ma jeccedix is-somma ta' Lm100 fis-sena.

Il-Qorti tal-Magistrati (Malta) cahdet l-eccezzjoni tal-inkompetenza sollevata mill-konvenut u irriservat l-ispejjez ghall-gudizzju finali.

Permezz ta' rikors, l-imsemmi konvenuttalab lill-ewwel Qorti sabiex, ai termini ta' dak illi jipprovdi l-artikolu 231(1) tal-Kap. 12, tippermettilu jappella mill-imsemmija sentenza tat-18 ta' Gunju, 2003.

Is-sentenza appellata hija wahda “separata” fit-termini tal-artikolu 231 tal-Kap. 12 u r-rikors ta' appell odjern gie intavolat meta kienet ghadha ma dahlitx fis-sehh l-emenda ghall-istess artikolu kontemplata mill-artikolu 7ta' l-Att Numru XIII ta' l-2005.

Dan premess, fil-fehma ta' dina l-Qorti, ir-rikors ta' appell odjern ghandu jigi konsidrat bhala irritu u null ghaliex ma giex intavolat entro t-terminu ta' ghoxrin (20) gurnata kontemplat mill-artikolu 226(1) tal-Kap. 12.

Dina l-Qorti taghmilha cara illi l-artikolu 106 tal-Kap. 12 mhux applikabbli ghall-kaz in ezami ghaliex anke kieku kellu jigi konsidrat illi t-terminu kontemplat mill-imsemmi artikolu 226(1) tal-Kap. 12 ma huwiex wiehed perentorju, meta l-ewwel Qorti, fl-imsemmi digriet tas-6 ta' Frar, 2004, qalet “b'dan illi t-terminu ghall-Appell ghandu japplika mil-lum stess”, it-terminu kontemplat mill-Artikolu 226(1) tal-Kap. 12 kien giàskada.

Ghaldaqstant l-appell interpost mill-konvenuti huwa irritu u null u, konsegwentement,tastjeni milli tiehu konjizjoni ulterjuri tieghu, filwaqt li tordna illi l-atti jigu rinvjati lill-ewwel Qorti sabiex din tissokta bis-smigh tal-kawza skont il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info