Referenza: 13/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/03/2006
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
VISUAL AND SOUND COMMUNICATIONS LIMITED vs IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 1 TAL-EWWEL PROTOKOL TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI - DISTURB TAL-PROPRJETA - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM; LEZJONI - RAID TAL-PULIZIJA
Fil-Qosor
Fil-kuntest tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-Qorti tosserva li jista' jkun hemm lezjoni anke jekk l-awtorita' governattiva tkun agixxiet legalment bis-sahha tal-poteri li ghandha. It-trattament ta' dak li jkun jista jkun “legali” u awtorizzat bil-ligi, pero', xorta jista' jitqies leziv tad-drittijiet fundamentali ta' dak li jkun. Il-ligi li taghti l-poter ta' azzjoni lil xi awtorita'kompetenti tista' titqies valida u ma tmurx kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiz, pero', il-mod tal-esercizzju ta' dak il-poter, ghalkemm ukoll ikun sar fl-ambitu tal-ligi, jista' jkun leziv ghad-drittijiet fondamentali tal-bniedem, specjalment jekk dak l-agir ma jkunx dak li hu mistenni f'socjeta' demokratika.

Kif intwera mid-decizjoni ta' din il-Qorti fil-kawza fl-istess ismijiet, citazzjoninumru 1770/01, l-agir tal-Pulizija gie meqjus bhala li sar fit-termini tal-ligi, u kien, ghalhekk,li fil-kamp civili, il-Kummissarju tal-Pulizija ma nstabx responsabbli ghad-danni. Fil-fehma tal-Qorti, pero', il-mod ta' kif giet ezegwita l-ligi kien hazin u ta' hsara ghad-drittijiet tas-socjeta'attrici. Ma nghatatx spjegazzjoni ghalhiex raid li beda fil-hamsa ta' wara nofsinhar thalla “in suspended animation” ghall-hinijiet twal, sakemm fit-tard tal-lejl gew l-ufficcjali nkarigati biex jaghmlu l-elevazzjoni. Tul dak in-nofs ta' nhar, il-hwienet tas-socjeta' attrici kienu sekwestrati tahtil-kontroll tal-Pulizija, negozju ma setghax isir u, fuq kollox, ghad-dannu tar-reputazzjoni tas-socjeta' attrici, thallew Pulizija ghassa mal-hwienet u fil-pubbliku.

Dan kollu jista' jitqies bhala agir legali, izda zgur ma jistax jitqies bhala agir korrett u fair f'socjeta' demokratika. Is-socjeta' attrici, sa dak il-hin, kienet biss suspettata b'reat, u kwindi, fil-waqt li l-Pulizija kellha d-dritt twettaq il-funzjoni taghha, dan kellha taghmlu b'anqas disturb ghac-cittadin. Jekk l-Ispetturi li kellhom imexxu l-investigazzjoni, kellu jigi pospost ir-raid jew jigi nkarigat Spettur iehor biex l-investigazzjoni titmexxa bic-celerita' mistennija.

Il-Qorti jidhrilha li jekk ghandu jsir raid, dan ghandu jkun koordinat minn qabel biex, fil-waqt li jmorru ufficcjali tal-Pulizijabiex jiehdu kontroll tal-post u jghalquh, l-ispetturi li jkunu qed imexxu l-investigazzjoni ghandhomjakkumpanjawhom sabiex l-istharig isir immedjatament, il-persuni involuti jigu infurmata bir-ragunital-investigazzjoni, jigu elevati l-oggetti relatati mal-inkjesta, u r-raid jitmexxa bl-anqas inkonvenjent ghall-persuni involuti. Ma jidhirx li hu gust ghac-cittadin li, kif sar f'dan il-kaz, l-ispettur l-ewwel jordna lis-subalterni tieghu “jissigillaw” il-post, lill-persuna involuta ma jindikawla xejn dwar il ghalhiex qed isir ir-raid, u umbaghad, sieghat wara, meta huwa u l-esperti jkunu disponibbli, imorru biex jaghmlu l-indagini taghhom. F'socjeta' demokratika, l-investigazzjonijiet m'ghandhomx jitmexxew minghajr konsiderazzjoni ghad-drittijiet u ghall-istat t'annimu tal-persuni involuti. Kollox, ovvjament, jiddependi mic-cirkustanzi tal-kaz, izda meta m'hemmx htiega ta' arrest immedjat (fl-interess tal-inkolumita' pubblika), l-investigazzjonijiet ghandhom jitmexxew b'aktar rispett lejn ic-cittadin.

L-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni Ewropea, jipprotegi mhux biss kontra t-tehid tal-proprjeta', izda anke kontra d-disturb tal-proprjeta'. F'dan il-kaz, il-Qorti thoss li s-socjeta' attrici giet, ghal xi zmien, mcahhda minghajr raguni mid-dgawdija tal-possedimenti taghha, u wkoll saret hsara ghar-reputazzjoni taghha li, bi ftit koordinazzjoni, setghet tigi evitata. Il-Qorti tirripeti li l-Pulizija kellha kull dritt tesegwixxi raid u taghmel l-elevazzjoni, pero', il-mod kif l-operazzjoni giet kondotta, holoq ansjeta' u disturb bla bzonn fil-possedimenti tas-socjeta' attrici, u ghal dan l-agir, ghandu jinghata kumpens lis-socjeta' attrici.

Is-socjeta' rikorrenti tallega wkoll li l-agir tal-intimat kien diskriminatorju, peress li outlets ohra f'Malta li jbieghu prodotti DVD legittimu ma gewx investigati. Il-Qorti ma jidhirlix li din l-allegazzjoni giet sostnuta. Mhux biss ma saretx prova fuq dan, izda jirrizulta wkoll li fil-kaz tas-socjeta' attrici kienet infethet inkjesta magisterjali, li majirrizultax li kien il-kaz ta' hwienet ohra. Kwindi, ma jistax isir ezami komporattiv ta' “like with like”, u l-lanjanza tas-socjeta' rikorrenti taht dan il-kap ma jistax jigi akkolt.

Peressli l-ilment tas-socjeta' attrici gie milquh biss in parte, u, fil-fehma tal-Qorti, l-agir tal-Pulizija kien “unfair”, izda mhux ta' entita' gravissima, thoss li ghandha tordna l-hlas lis-socjeta' attrici tas-somma ta' Lm250 bhala kumpens ghal-gravan.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddikjara li l-mod kif sar ir-raid mill-Pulizija fl-1 ta' Ottubru, 2001, invjola d-drittijiet ta' proprjeta' tas-socjeta' attrici kif protetta bl-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikolu 1 tal-ewwel protokol tal-Konvenzjoni Ewropea, u tikkundanna lill-konvenut ihallas kumpens ta' Lm250 lis-socjeta' attrici. L-ispejjez ta' din il-kawza, fic-cirkostanzi, jithallsu bin-nofs bejn il-partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni