Reference: 2448/1996/1

Judgement Details


Date
27/01/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
AGIUS AGRICULTURAL TRADING LIMITED vs CONCORDE INTERNATIONAL FREIGHT FORWARDER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Is-socjeta` appellanti hija fin-negozju tat-trasport u l-kawza odjerna titratta proprju ftehim li hija kellha mas-socjeta` Agius Agricultural Trading Limited biex igorr kwantita` ta' pjanti tal-frawlimill-Italja ghall-Malta. Japplika ghalhekk dak provdut mill-Artikolu 1628 et sequitur tal-Kodici Civili, fejn fl-Artikolu 1630 il-legislatur jiddisponi li l-vettural huwa responsabbli ghat-telf tal-haga fdata lilu. L-istess obbligu huwa wkoll inkorporat fl-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni CMR ossija l-“Convention Relative au contrat du transport des Marchandises par route”. Minn ezami ta' dawn il-ftit disposizzjonijiet johrog car li r-responsabbilita` tal-vettural tibda minn meta l-haga tigi fdata lilu. Fl-Artikolu 1630 il-legislatur jipprovdi li, “huma obbligati ghat-telf tal-haga fdata lilhom, u ghall-hsarat li jigru fiha.”. Hemm ukoll l-Artikolu 1628 li jiddisponi li, “Il-vetturali bl-art jew bil-bahar ghandhom, dwar il-kustodja u l-hars tal-hwejjeg fdati lilhom.”. Huwa ghalhekk inutili l-argument tas-socjeta` appellanti li tibqa' tinsisti li r-riskju kellha terfghu s-socjeta` attrici ghaliex din kienet taf li s-socjeta` appellanti ma kellhiex trasport ‘refrigerated' u ghazletli tiehu r-riskju li l-merkanzija tingieb bit-trasport normali.

Is-socjeta` appellanti jekk kellha xi dubju dwar jekk kenitx se jirnexxielha twettaq il-ftehim mas-socjeta` attrici fiz-zmien qasir miftiehem kien messha ma accettatx l-inkarigu u qalet lis-socjeta` attrici biex issib trasportatur iehor. Minn ezami kemm tal-provi u tad-dokumentazzjoni esebita ma jirrizultax illi s-socjeta` attrici kienet ftehmet ma' l-appellanti li terfa' r-riskju, li l-ligi stess titfa' fuq il-vettural li jkun ha l-kusjodja tal-merkanzija, fuqha.

Inoltre skond l-Artikolu 1628 tal-Kodici Civili l-vettural ghandu, “dwar il-kustodja u l-hars tal-hwejjeg fdati lilhom, l-istess obbligi tad-depozitarju”. Ghalhekk bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1900 u 1132, il-grad ta' prudenza, attenzjoni u diligenza applikabbli fil-kaz tas-socjeta` konvenuta hija dik tal-‘bonus pater familias', li ladarba hemm ftehim ghall-hlas, jigu wkoll applikat b'mod aktar sever.

L-obbligu tal-vettural, izda, mhux wiehed assolut u l-ligi fl-Artikolu 1630 tipprovdi ghall-ezoneru. L-artikolu fit-totalita` tieghu jistipula hekk:-
“Huma obbligati ghat-telf tal-haga fdata lilhom, u ghall-hsarat li jigru fiha, meta ma jippruvawx li l-haga ntilfet jew gratilha hsara b'accident jew b'forza magguri u minghajr htijataghhom.” Dan l-ezoneru jinsab anke fil-Konvenzjoni li tipprovdi ghall-ezoneru mir-responsabilita`jekk it-telf, dannu jew dewmien ikun il-konsegwenza, inter alia ta' “circumstances which the carriercould not avoid and the consequences of which he was unable to prevent”. Izda f'din is-sitwazzjonihuwa t-trasportatur li ghandu l-oneru li jipprova dan. Dan il-kuncett ta' force majeure jew cas fortuit huwa wkoll kodifikat fl-Artikolu 1029 tal-Kodici Civili li jipprovdi li “kull hsara li tigri b'accident jew b'forza magguri, ibatiha, fin-nuqqas ta' disposizzoni espressa tal-ligi li tghid il-kuntrarju, dak illi fuq il-persuna jew il-beni tieghu tigri l-hsara.” Is-socjeta` appellanti ma ppruvatx li d-danni gew kagunati “b'accident jew b'forza magguri u minghajr htija taghhom.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info