Referenza: 2627/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARUANA CURRAN GIANELLA DR. vs GRIMA NOEL FR. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL - LIBERTA` TAL-ESPRESSJONI, BILANC MA` INTERESSI PUBBLICI U PRIVATI
Fil-Qosor
Id-dritt ghal-liberta' tal-espressjoni moghti mill-Konvenzjoni Ewropea ghal kemm fil-principju huwawiehed vast, jissubixxi certa limitazzjoni fl-interess tal-"interess pubbliku" kif ukoll dak "privat". Il-liberta' tal-espressjoni ghalhekk mhux wahda assoluta b'mod li kulhadd jista' jghid li jrid izda tal-dritt ghandu jirrispetta dawk il-kawteli minimi rikjesti f'socjeta' demokratika. Naturalmentkull trazzin ta' dan id-dritt ghandu jiehu forma ta' ligi 'ad hoc' intiza sabiex mhux biss tissalvagwarda dawk l-interessi 'pubblici' jew 'privati' permessi mill-istess Konvenzjoni izda ukoll sabiex taghti rimedju meta l-istess interess jigi lez billi tistabilixxi pieni u penali f'kull kaz. L-Att XLta' l-1974, l-Att Dwar l-Istampa, jipprovdi proprju ghal dawn l-eventwalitajiet billi mhux biss jelenka l-kazi meta l-liberta' tal-espressjoni ghandha ssofri limitazzjoni izda ukoll jipprovdi ghal pieni u, fil-kaz in parola, jaghti d-dritt lill-parti malafamata li tadixxi l-Qorti u titlob rimedju fi forma ta' penali skond l-artikolu 28 tal-istess Att.

Wiehed ma jistax jikkonsidra dan ir-rimedju moghti mil-ligi bhala leziv tad-dritt tal-liberta' tal-espressjoni. Izda, ghal kuntrarju, jrid jigi ezaminat a termini tal-istess ligi tal-Istampa jekk l-istampat kienx jammonta ghall-malafamajew le u f'dak l-istadju se mai ghandhom jigu kunsidrati l-principju enuncjati mill-Qorti Ewropea jew l-qrati nostrani.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni