Reference: 504/2002/1

Judgement Details


Date
07/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ANDERSON MARY vs JONES GUZA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - PREKARJU - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - TOLLERANZA
Summary
Fil-kaz ta' certi titoli, originarjament maqbula jew koncessi, una volta li hu konsentit li dawn jistghu jkunu revokabbli ad nutum mill-koncendent permezz ta' semplici rikjesta, min jakkwista jsir detentur sine titulo u d-detenzjoni tieghu issir abuziva. Hekk inhu l-kaz, ad ezempju, fejn it-titoluoriginarju jkun dak tal-prekarju billi ope legis u ghad-differenza mill-kommodat, il-koncedenti ghandu l-fakolta li jkun jista' jiehu l-haga lura meta joghgbu. F' kaz bhal dan il-premessa tat-talba tkun korrettement impostata fuq l-espressjoni ta' "bla titolu";

Ma jista' qatt ikun disputat illi l-partijiet kontraenti ghandhom dritt jiddeterminaw il-kontenut tal-ftehim ta' bejniethom, s' intendi dejjem fil-limiti mposti mil-ligi u cjoe li l-kawza tal-kuntratt ma tkunx wahda illecita, ipprojbita mil-ligi jew kuntrarju ghall-ghemil xieraq jew ghall-ordni pubbliku (Artikolu 990, Kodici Civili). Jezistu sitwazzjonijiet pero` fejn il-ftehim ma jkunx wiehed ben definit u ghalhekk minhabbax-xorta tieghu l-kuntratt hu kwalifikat bhala wiehed "sui generis" innominat.

Ghad-dixxiplinata' dawn ix-xorta ta' kuntratti, mhux previsti mill-Kodici Civili, wiehed ikollu jirrikorri mhux biss ghan-normi generali tad-dritt izda, b' analogija, anke ghan-normi tal-kuntratti specifici kif regolati mil-ligi.

Il-frazi "sui generis" "ma tfisserx necessarjament u biss id-disposizzjonijiet pozittivi tal-Kodici dwar il-kuntratti in generali. Huma wkoll principji generali tad-Dritt dawkin-regoli ta' interpretazzjoni u applikazzjoni tal-ligi li jipprovdu illi, meta kaz mhuwiex direttament regolat minn disposizzjoni partikulari, tista', u ghandha, tirrikorri ghal dawk id-disposizzjonijiet jew principji li jirregolaw kazijiet li maghhom il-kaz in kwistjoni ghandu l-akbar analogija";

Dan premess, mill-korp ta' l-appell ma jirrizultax illi l-appellanti ghamlu tentattiv jew sforz biex jezaminaw ma' liema tip ta' kuntratt it-titolu minnhom vantat ghandu analogija. Huma sempliciment jikkampaw ruhhom fuq is-sottomissjoni illi "l-attrici kienet ikkoncediet l-pussess tal-fond de quo lill-konvenuti sabiex dawn jghixu fih sakemm iridu u li hadd (lanqas l-attrici stess) ma seta'johroghom minn hemm";

A differenza tad-detenzjoni tal-haga b' titolu ta' kommodat, id-disponibilita` tal-fond bil-bwona grazzja ossija bit-tollerenza tal-proprjetarju tal-fond hi karatterizzata mill-intenzjoni. Innegabilment, it-tolleranza jew il-prekarju sakemm jibqghu jezistu jiggustifikawil-godiment fuq il-haga izda, una volta l-volonta` tal-koncedent li jtemm ir-rapport issir maghrufa, dan igib ic-cessazzjoni ta' dan l-istess dritt ta' tgawdija u mhux mistenni jew tollerat min, b' approfittar, jippretendi li jivvanta drittijiet proprji, li ma baqalux. L-uniku obbligu tieghu jibqa' dak tar-restituzzjoni lura tal-haga lil koncedenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info