Reference: 277/1987/2

Judgement Details


Date
02/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Parties
DEGUARA CARUANA GATTO MARIA THERESA ET vs BONANNO TERESA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI - ALLEGAT ZBALL TA FATT
Summary
Din il-kawza tikkoncerna l-proprjeta' ta' ghalqa. Maria Theresa Deguara Caruana Gatto allegat li dik l-ghalqa kienet proprjeta' taghha, u talbet li l-konvenuti Bonanno et jizgumbraw mill-istess ghalqa, peress li l-pussess taghhom tal-ghalqa kien bla titolu. Il-konvenuti Bonanno et ikkontestaw il-pretensjoni attrici u eccepew li huma kellhom titolu ta' proprjeta' fuq l-istess art.

L-Onorabbli Prim Awla tal-Qorti Civili kienet laqghet l-eccezzjonijiet tal-konvenuti u cahdet it-talbiet attrici, izda din il-Qorti kienet irrevokat in parte s-sentenza tal-ewwel Qorti, laqghet l-ewwel talbaattrici, u ddikjarat li l-attrici kienet proprjetarja tal-ghalqa “ta' Bajdun”, fil-limiti ta' Haz-Zebbug; il-bqija tas-sentenza ta' prim istanza giet konfermata. Il-konvenuti Bonanno et ma accettawxdin id-decisjoni u ressqu dawn il-proceduri ta' ri-trattazzjoni bazati fuq allegat zball ta' fatt lijidher mill-atti tal-kawza (artikolu 811(l) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta). L-attrici qed tikkontesta t-talba ghas-smigh mill-gdid tal-kawza a bazi tal-principju li ma sar ebda zball minn din il-Qorti, izda valutazzjoni u apprezzament tal-provi li ma jaghtux lok ghal ri-trattazzjoni.

Sakemm din il-Qorti tkun ghadha qeghda tqis jekk jezistux ragunijiet tajbin bizzejjed biex thassar is-sentenza li taghha qed jintalab is-smigh mill-gdid, hija ma tista' bl-ebda mod tindahal f'apprezzament favorevoli jew kuntrarju tal-kunsiderazzjonijiet maghmulin mill-Qorti li tkun tat dik is-sentenza. Xoghol din il-Qorti in rescindente m'huwiex dak li tgharbel mill-gdid jekk hija taqbilx jew le mal-mod kif il-Qorti kienet waslet ghall-fehmiet taghha fis-sentenza impunjata: xoghol din il-Qorti hi li tqis jekk tirrizultax imqar wahda mic-cirkostanzi procedurali mahsubin fil-ligi li bihom dik is-sentenza tista' titwaqqa'.

F'dan il-kaz, ma jirrizultax li f'din il-kawza, din il-Qorti ghamlet dan it-tip ta' zball. Id-differenzi li l-konvenuti esponew fir-rikors ghal ri-trattazzjoni gewbl-istess mod esposti ghal-konsiderazzjoni ta' din il-Qorti fl-appell imressaq quddiemha. Din il-Qorti, fit-trattazzjoni tal-kaz, ma injorathomx, anzi qisithom, ghamlet valutazzjoni taghhom, izda dehrilha li ma kienux materjali ghas-soluzzjoni tal-kaz. Dan juri li din il-Qorti kienet ikkunsidrat is-sottomissjoni tal-konvenuti dwar id-diskrepanzi li kienu irrizultaw, u allura, l-allegazzjoni li l-ghalqa rivendikata mill-attrici mhix l-istess wahda li ghandhom f'idejhom il-konvenuti giet mistharrga wkoll minn din il-Qorti meta tat is-sentenza impunjata. Din il-Qorti, pero', ma accettatx din is-sottomissjoni wara li qieset li nonostante dawk id-differenzi ma kienx hemm kontestazzjoni li l-art posseduta mill-konvenuti kienet l-istess wahda reklamata mill-attrici.Ghaldaqstant din il-Qorti ddecidiet li, mill-assjem tal-provi, ma irrizultax dubbju dwar l-identita' tal-art.

Il-fatt li l-Qorti tqis irrilevanti jew mhux ta' importanza ewlenija certi fatti li kellha quddiema, ifisserli fil-fatt, il-Qorti tat konsiderazzjoni, fit-termini tal-ligi, lil dawk il-fatti. La darba, allura, il-punt kontrovers gie decis bis-sentenza ta' din il-Qorti, ma jistax jkun hemm lok ghal ri-trattazzjoni fit-termini tal-artikolu 811(l) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

Min jiftah proceduri ta' ritrattazzjoni, irid jimxi skond l-istat tal-partijiet fil-mument attwali li tkun inbdiet il-procedura. Jirrizulta li, fil-waqt li nfethet din il-procedura, l-persuni li jidhru fl-“okkju” tar-rikors kienu l-aventi kawza tal-persuni li kienu jidhru fil-kawza li taghha qieghed jintalab is-smigh mill-gdid. Din l-eccezzjoni, ghalhekk, m'hijiex misthoqqa.

Ghaldaqstant, din il-Qorti billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info