Referenza: 40/2005

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/12/2005
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ABELA FELIC ET vs IL-KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ESPROPJAZZJONI - KAP 88 - RIKORS GHAL SOLUZZJONI KOSTITUZZJONALI - RIMEDJU GUDIZZJARJU ORDINARJU - TRASFERIMENT TAL-ART FAVUR IL-GVERN
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti huma proprjetarji ta' terza indiviz ta' diversi bicciet art fil-limiti tal-Kalkara inkontrada tat-Turretta imlaqma “Ta' Wicc il-merhla”. Bictejn minn dina l-art giet esproprijata mill-Gvern bis-sahha ta' Dikjarazzjoni relattiva mahruga mill-Gvernatur Generali u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Dan sar fl-1974 u l-esproprjazzjoni saret peress li l-art kienet mehtiega ghal skop pubbliku. Oltre dan, ir-rikorrenti jallegaw illi l-awtoritajiet Governattivi okkupaw bicca art ohraadjacenti wkoll proprjeta' taghhom li fuqa pero' lanqas biss inharget Dikjarazzjoni ta' espropriju.L-ilmenti tar-rikorrenti huwa indirizzat ghal-fatt li wara dan l-agir, il-Gvern ma ha ebda passi ulterjuri, la biex jirregola ruhu u lanqas sabiex jibda proceduri halli jifinalizza l-procedura tal-esproprjazzjoni u jithallas il-kumpens dovut.

Ghar-rigward tal-artijiet milquta mid-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Generali ta' Malta, jigi osservat li skond il-ligi (Kapitolu 88), wara d-dekors ta'erbatax-il gurnata utili mill-pubblikazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Esproprjazzjoni, jekk sid l-artjew min ikun qed jokkupaha, jekk ikun hemm, ma jkunux taw lill-awtorita' kompetenti pussess ta' dikl-art, l-istess awtorita' kompetenti tista' tiehu l-pussess ta' dik l-art minghajr ebda formalita' ulterjuri u b' hekk ma jigi kommess ebda spoll, u dan peress li bis-sahha ta' dik id-Dikjarazzjoni, il-pussess effettiv tal-art jghaddi f' idejn il-Gvern li jkun qed jarroga ghalih il-uis utendi et abutendi. Dan ma jfissirx li l-art issir ipso iure tal-Gvern, ghax il-poteri tal-Gvern, f' dan l-istadju, jkunu limitati dejjem ghad-dritt ta' pussess. Dan ifisser li d-dritt tal-proprjeta' fuq l-art jibqa' tas-sid sakemm effettivament jigi pubblikat l-att definittiv li bih din tigi legalment trasferita lill-Gvern.

L-okkupazzjoni mill-Gvern tal-bicctejn art ta' dan il-kaz ma jistax jitqiesillegali jew abusiv ghax il-ligi stess tvesti lill-Gvern bil-pussess materjali tal-artijiet esproprjati. Il-Gvern m' ghandux, pero', jiehu pussess tal-art u ma jiehux passi ulterjuri ghad-determinazzjoni tal-materja u hlas ta' kumpens dovut. Skond il-procedura allura vigenti (qabel l-emendi introdotti bl-att XI tal-2002) wara l-hrug tad-Dikjarazzjoni ta' esproprjazzjoni, il-Kummissarju tal-Art irid jsegwi l-materja billi javvza lis-sid permezz ta' avviz maghruf bhala Avviz ghall-Ftehim bil-htiga tal-esproprjazzjoni u jindika l-kumpens li jkun qed jigi offrut. Jekk is-sid ma jaqbilx mal-ammont tal-kumpens offrut, ghandu javvza b' dan lill-Kummissarju tal-Art fi zmien 21 jum minn meta jircievi l-Avviz ghall-Ftehim, u meta l-Kummissarju jircievi dan l-avviz, ghandu jibda proceduri quddiemil-Bord tal-Arbitragg dwar Artijiet biex dan il-Bord jiffissa l-kumpens li ghandu jithallas lis-sid.Wara d-decisjoni tal-Bord, ikun jista jigi pubblikat il-kuntratt ta' trasferiment tal-art a favuril-Gvern.

Sfortunatament il-ligi ma timponi ebda terminu fuq il-Kummissarju tal-Art entro liema irid iressaq l-Avviz ghal-Ftehim, u f' kaz ta' kontestazzjoni fuq il-kumpens offrut, biex iressaqil-materja quddiem il-Bord tal-Arbitragg u fil-prattika, gieli gara li l-Kummissarju tal-Art jdum snin twal ma jiehu dawn il-passi. Hekk, fil fatt, gara f' dan il-kaz. Wara li saret id-Dikjarazzjoni ghall-esproprjazzjoni fi Frar tal-1974, ma ittiehdu ebda passi ohra biex il-materja tigi determinata. Il-Qorti taghmilha cara mill-ewwel li hi tiddeplora dan l-atteggjament tal-Kummissarju tal-Art,u tara li hu abbuziv li f'kaz ta' esproprjazzjoni, is-sid jithalla fil-limbu ghal-aktar minn 30 sena. Minn naha l-ohra, tqis ukoll li l-rikorrenti naqsu meta ghal tul dan iz-zmien kollu ma hadu ebdaproceduri biex igieghlu lill-Kummissarju tal-Art jagixxi. Huwa ben maghruf bhala principju legali li meta l-ligi ma tipprovdix terminu biex isir xi att, min hu interessat jista' jadixxi l-Qorti ordinarja biex din tiffissa terminu xieraq skond ic-cirkostanzi.

Il-Qorti thoss li persuna m'ghandhiex kull meta jkun hemm xi nuqqas tal-amministrazzjoni tinvoka mill-ewwel ksur tad-drittijiet fundamentali taghha minghajr ma fl-ewwel lok, tara jekk l-Ordinament Guridiku jipprovdix hu stess rimedju. Ir-rimedju ordinarju ghandu jigi invokat qabel ir-rimedju straordinarju ibbazat fuq il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Rikors ghal soluzzjoni kostituzzjonali ghandu jkun “a measure of last resort” ghax hu prezunt li c-cittadin jista' u ghandu jsib il-protezzjoni tad-drittijiet tieghu fil-ligijiet tal-pajjiz. Id-drittijiet tac-cittadin huma moghtija lilu jew mill-ligi naturali (li taghti lil kull bniedem certi drittijiet fundamentali u inaljenabbli) jew mill-ligi tal-pajjiz stess.


L-Ordinament Guridiku, fi kliem iehor, ghandu jitqies, hu prezunt u ghandu jinghata l-opportunita' li jsolvi hu stess il-problemi li jinqalghu bl-ezercizzju tad-drittijiet u l-poteri li hu stess jikkonferixxi, u hu biss meta dan l-Ordinament Guridikujirrizulta li hu monk f' dawn is-soluzzjonijiet, li c-cittadin jkun jista' jirrikorri ghar-rimedju straordinarju taht il-Kostituzzjoni tal-pajjiz.

Il-Kostituzzjoni tipprovdi illi, qabel ma dak li jkun iressaq ilment taht il-Kostituzzjoni, irid l-ewwel “to exhaust all ordinary remedies”, ghax qabel ma jallega nuqqas da parti tal-Awtorita' Governattiva, irid l-ewwel, jipprova jiehu ir-rimedju tieghu taht il-ligi ordinarja li provdielu l-istess Gvern. Hu biss jekk jirrizulta lil-Gvern maipprovdhiex rimedju adegwat, li c-cittadin jista' jakkuza lill-Awtorita' b' nuqqas b' kawza kostituzzjonali.

Min jirrikorri ghal rimedju kostituzzjonali, jrid juri jew li m' ghandux rimedjiordinarji jew li dawn mhux effettivi; f' dan il-kaz l-atturi dan ma wrewhx ghax, fl-ewwel lok, humastess invokaw rimedji ordinarji u ghax, fit-tieni lok, ghandu ma giex deciz jekk ir-rimedji ordinarji jaghtux rimedju effettiv lill-atturi. Kwindi, f' dan l-istadju, l-istharrig Kostituzzjonali li talbu l-atturi ma jistax jinbeda.

Il-Qorti ordinarji huma dejjem propensi jimponu zmien fuq parti biex tagixxi meta tara li n-nuqqas ta' terminu patwit jew impost, jista' jkun ta' pregudizzju ghall-parti l-ohra, u meta jigi impost tali terminu, il-parti sokombenti tkun trid tagixxi entro dak it-terminu, ghax tista' tkun passibbli anke ghall-proceduri ta' disprezz fil-konfront. Il-gudikant sedenti jaf di scentia propria li tali rimedju jezisti, intuza u kien effettiv. Persuna ghalhekk, li ghal 30 sena shah injorat u ma invokatx ir-rimedji ordinarji pprovduti bl-Ordinament Guridiku, ma jistax wara jirreklama danni jew rimedju alternattiv.

Ghar-rigward tal-bicca mill-art allegatament okkupata mill-Gvern u li fuqha lanqas biss inharget Dikjarazzjoni dwar esproprjazzjoni, is-sitwazzjoni hija l-istess, anzi, f' dan il-kaz, jezistu aktar minn rimedju wiehed. Peress li ma nhargetx id-debita Dikjarazzjoni, ir-rikorrenti setghu agixxew ghall-izgumbrament billi juzaw il-procedura kontemplata fil-ligi f' kaz ta' spoll. F' dak il-kaz, il-Qorti kienet tezamina biss il-pussess u d-disturb tieghu, u f' kaz li dawn jirrizultaw, tordna l-imedjata restituzzjoni. Anke jekk it-terminu preskritt ghall-esercizzju ta' din l-azzjoni kien jithalla jiskadi, ir-rikorrenti setghu dejjem agixxewbl-azjoni rei vindicatoria (jew l-azioni Publiciana li hi derivattiva tal-ewwel) biex, wara li jippruvaw t-titolu taghhom fuq l-art, jitolbu li jinghataw il-pussess battal u vakanti tal-istess art.Kwindi anke f' dan il-kaz, ir-rikorrenti naqsu ghal hin twil milli jutilizzaw ir-rimedji li l-Ordinament Guridiku jipprovdi ghal-kaz taghhom, u ma jistghux issa jitolbu rimedju alternattiv.

Il-Qorti mhix qed tghid li f' dan il-kaz ir-rikorrenti tilfu l-proprjeta' taghhom, izda qed tghid limin hu titolar ta' dritt irid jagixxi tempestivament biex jikawtela l-interessi tieghu f' kaz ta' agir kuntrarju ghal-dawk l-interessi u meta jkunu jezistu rimedji ordinarji ghal kawtela ta' dawk l-interessi, dawk ir-rimedji ghandhom jigu invokati, u jekk dak li jkun isofri xi pregudizzju ghax naqasli jinvoka dawk ir-rimedji ma jistax jilmenta bi ksur tad-drittijiet u libertajiet fondamentali tieghu.

Ir-rimedju Kostituzzjonali jinghata biss meta mhux kaz li jintalab rimedju ordinarju ghax ic-cirkostanzi ma jindikawx rimedju effettiv. Meta, pero' ghal-kwazi 30 sena shah, kienu jezistu rimedji, u dawn ir-rimedji kienu effettivi, il-fatt li r-rikorrenti ma utilizzawx dawk ir-rimedji mahu tort ta' hadd hlief taghhom.

Ghaldaqstant ghar-ragunijiet esposti, tilqa' l-pregudizzjevoli sollevata, u l-Qorti wara li tqis li kienu jezistu rimedji alternattivi ordinarji miftuha lir-rikorrenti, qed tiddeklina milli tezercita' l-gurisdizzjoni Kostituzzjonali taghha, u tillibera lill-intimati mill-osservanza tal-gudizzju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni