Reference: 53/2005

Judgement Details


Date
24/11/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BORG CARMELO vs AVUKAT GENERALI TAR-REPUBBLIKA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
IS SETGHA TAL QORTI DOMESTIKA - IS SETGHA TAL QORTI EWROPEJA - IT TRATTAT TA ADEZJONI - L ARTIKOLU 234 TAT TRATTAT TA ADEZJONI
Summary
Il-Qorti hija marbuta li tqis episodju mqanqal minn xi parti f'kawza li jkollha quddiemha dwar kwestjoni ta' dritt komunitarju. Fis-sewwa, jinghad li l-Qorti ghandha, minn rajha, tqis kwestjoni bhaldik ukoll jekk l-ebda parti ma tqajjem il-punt. Dan johrog mill-fatt li b'sehh mill-1 ta' Mejju, 2004, it-Trattat ta' Adezjoni u l-atti komunitarji li ghalihom jirreferi jaghmlu parti mil-ligi domestika taghna, u r-rimedji u l-proceduri li jipprovdi dwarhom it-Trattat u li l-istess Trattat jistabilixxi li ghandhom effett legali bla ebda htiega ohra ta' ghemil tal-ligi, iridu jkunu maghrufa, inforzati u mharsa f'Malta. Dan l-gharfien, tifsir, effett, infurzar u tharis ghandu jitqies bhala puntta' dritt li jigi determinat jew b'riferenza lill-Qorti Ewropeja, jew billi l-Qorti Maltija domestika timxi ma' principji stabiliti minn dik il-Qorti fid-decizjonijiet taghha.

L-artikolu 234 tat-Trattat irid li Qorti domestika ta' Stat Imsieheb, u li ma tkunx qorti li mid-decizjonijiet taghha ma jistax isir appell, ghandha tqis jekk tirriferix jew le lill-Qorti Ewropeja ghal decizjoni preliminari (“preliminary ruling”) kwestjoni dwar (a) l-interpretazzjoni tat-TEU; (b) is-siwi u t-tifsirta' atti tal-istituzzjonijiet komunitarji u tal-Bank Centrali Ewropew; u (c) it-tifsir ta' statutita' korpi mwaqqfa b'att tal-Kunsill, fejn tali statuti jipprovdu ghal dan.

Fil-funzjoni taghha li tfisser it-Trattat f'riferenza maghmula lilha skond l-artikolu 234 tieghu, il-Qorti Ewropeja matiggudikax is-siwi ta' ligi domestika. Ukoll jekk, bl-interpretazzjoni li hija taghti ghal xi dispozizzjoni tat-Trattat, johrog li xi dispozizzjoni ta' ligi domestika ma tkunx kompatibbli mad-DrittEwropew, dik il-Qorti ma tkunx qeghda tindahal dwar jew tghaddi gudizzju fuq is-siwi tal-ligi domestika. Izda hija l-Qorti Ewropeja wahedha li ghandha s-setgha li tiddeciedi li xi regola jew norma ta' dritt komunitarju hija nulla.

Meta tintalab li ssir riferenza taht l-artikolu 234 (1)(b),dwar it-tifsira ta' xi att komunitarju, din tkun tista' ssir minkejja li dak l-att ma jkollux effettdirett fis-sistema guridiku tal-Istat Imsieheb u imqar jekk l-att ikun fis-sura ta' rakkomandazzjoni. Izda biex riferenza bhal din tkun tghodd, trid tkun tehtieg decizjoni mill-Qorti Ewropeja dwar interpretazzjoni ta' xi att komunitarju fuq aspett li dwaru hija ma tkunx tat diga' xi decizjoni. Il-Qorti domestika ghandha u hija mhegga li toqghod fuq il-precedenti tal-Qorti Ewropeja dwar xi puntjew qasam li dwaru diga' jkunu nghataw decizjonijiet minn dik il-Qorti.

Madankollu, taht l-imsemmi artikolu, Qorti nazzjonali ghandha l-jedd li taghzel li ma tressaqx riferenza lill-Qorti Ewropeja fejn il-kwestjoni tat-tifsir tal-att komunitarju ma tkunx rilevanti fis-sens li t-twegiba ghall-mistoqsija, tkun xi tkun, ma jkollha l-ebda effett fuq is-sentenza ahharija. Daqstant iehor hija l-Qorti domestika li ghandha s-setgha wahdanija li tiddeciedi jekk decizjoni preliminari tal-Qorti Ewropeja hijiex mehtiega qabel ma tista' tinghata s-sentenza fil-mertu. Lanqas ma huwa mehtieg li r-riferenza tkun wahda deciziva fuq il-mertu tal-kaz, izda biss fuq il-kwestjoni mqanqla ta' dritt komunitarju.

L-artikolu 234 tat-Trattat ma jghidx li r-riferenza hija obbligatorja, izda li d-decizjoni moghtija mill-Qorti Ewropeja bis-sahha tar-riferenza hija mehtiega ghall-ghoti tas-sentenzali tiddetermina l-mertu tal-kaz.

Taht l-artikolu 234(1)(b) s-setgha tal-Qorti Ewropeja dwarriferenza li ssirilha hija dwar is-siwi jew l-interpretazzjoni ta' xi att komunitarju. Wiehed m'ghandux ihawwad l-interpretazzjoni mal-applikazzjoni ta' att bhal dak. Il-Qorti Ewropeja tieqaf fl-istadju tal-interpretazzjoni ta' att komunitarju bla ma torbtu mac-cirkostanzi tal-kaz partikolari lidwaru ssir ir-riferenza. Dan isir biex it-tifsira li tkun inghatat tkun tista' tigi applikata (mill-Qrati domestici) kull fejn u f'kull kaz li l-kwestjoni tqum quddiemhom. Dan ifisser ukoll li l-applikazzjoni ta' dik it-tifsira tkun imhollija ghall-Qorti domestika. Ghalhekk, fejn il-kwestjoni tkun tirreferi ghall-applikazzjoni ta' norma komunitarja fi hdan ligi domestika u mhux ghat-tifsir taghha, jkun ghal xejn li l-Qorti Ewropeja tintalab taghti decizjoni preliminari.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info