Reference: 21/2003

Judgement Details


Date
15/11/2005
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs JOHN ATTARD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSIBILITA TA PROVI - ARTIKOLU 438 (2) (I) TAL KAP 9 - ARTIKOLU 449 TAL KAP 9 - ARTIKOLU 658 - ARTIKOLU 661 - ARTIKOLU 685 - ECCEZZJONIJIET PRELIMINARI - INTERROGAZZJONI - KONFESSJONI - STRATTAGEMMA
Summary
L-artikolu 438(2)(i) tal-Kodici Kriminali, moqri flimkien mal-artikolu 449(1) jistabilixxu terminu perentorju li fih ghandhom jinghataw l-eccezzjonijiet preliminari w eccezzjonijiet dwar l-ammissibilita` ta' provi mill-akkuzat.

Spiss qed jigri, pero`, li wara li jkunu inghataw dawn l-eccezzjonijiet, l-akkuzat jipprova - fit-trattazzjoni orali jew permezz ta' nota, jew addirittura fl-istadju tal-appell - jwessa' l-istess eccezzjonijiet jew jisposta l-bazi taghhom, b'mod li l-eccezzjonitigi tkopri ferm aktar minn dak li jkun gie originarjament eccepit fin-nota prezentata entro t-terminu ta' hmistax il-jum tax-xoghol kif provvdut fl-imsemmi artikolu 438(2) tal-Kodici Kriminali.

Dan, fil-fehma ta' din il-Qorti, mhux permissibbli peress li jkun jammonta ghal evazjoni tat-terminu perentorju msemmi, b'mod li jkunu effettivament qed jigu sollevati eccezzjonijiet wara li jkun skada t-terminu. Dan qed jinghad ghax proprju fil-kaz odjern, l-akkuzat, riferibbilment ghall-eccezzjoni dwar l-ammissibilita` tal-provi, l-ewwel issolleva eccezzjoni li kienet kjarament limitata fil-portata taghha u wara permezz ta' nota, sposta kompletament il-bazi ta' dik l-eccezzjoni b'mod li gieqed jissolleva eccezzjoni gdida.

Il-principji regolaturi ghal dak li jirrigwarda l-ammissibilita` tal-istqarrija tal-akkuzat huma s-sewgenti . Kull haga li l-akkuzat jistqarr, sew bil-miktub kemm ukoll bil-fomm, tista' tittiehed bi prova kontra min ikun stqarrha, kemm-il darba jinsab li dikil-konfessjoni tkun giet maghmula minnu volontarjament u ma gietx imgieghlha jew mehuda b'theddid jew biza', jew b'weghdiet jew bi twebbil ta' vantaggi. Konfessjoni ma taghmilx prova hlief kontra minjaghmilha w mhix ta' pregudizzju ghal ebda persuna ohra.

Skond il-gurisprudenza taghna, dikjarazzjoni, anki jekk ottenuta bi stratagemma, hi ammissibbli fil-konfront tal-akkuzat basta li jekk tammonta ghal konfessjoni, ma tkunx giet ottenuta bi stratagemma li tammonta ghal xi wiehed mid-difetti msemmijin fl-artikolu 685.

Hekk filwaqt li quddiem Qorti normalment l-avukat tal-parti jewohra hu marbut li jaghmel biss domandi lix-xhud, li fil-kaz tal-kontroezami biss jistghu jkunu diretti jew suggestivi, fil-kaz tal-interrogatorju dan ovvjament ma japplikax. Hu dak li jghid l-interrogat li jista' talvolta jaghmel prova kontra tieghu u mhux dak li jghidu l-interrogaturi, irrispettivament minn kemm jghiduh b'insistenza jew b'awtorita.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info