Reference: 81/2003/1

Judgement Details


Date
09/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCIBERRAS CARMEL SIVE CHARLES PRO ET NOE vs RHOUNI YOUSSEF ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, SOLIDARJETA` TAL-MIZZEWGIN FIR-RIGWARD TA` OBBLIGAZZJONIJIET KONGUNTI
Summary
In tema ta' solidarjeta` ta' obbligazzjoni din trid tkun jew stabbilita bil-ligi jew espressament mifthema (Artikolu 1089, Kodici Civili). Li jfisser illi allura s-solidarjeta` ma tistax tigi prezunta. Huwa biss fl-obbligazzjonijiet kummercjali, ex Artikolu 115 tal-Kodici tal-Kummerc, li hu prezuntli l-kondebituri huma obbligati in solidum jekk ma jkunx hemm ftehim kuntrarju.

Fejn tissussisti komunjoni ta` l-akkwisti bejn mizzewgin din taghmel tajjeb ghad-djun naxxenti inter alia minn "kull obbligu li jintrabtu ghalih flimkien iz-zewg mizzewgin" [Artikolu 1327 (d), Kodici Civili]. Issa l-komunjoni ta' l-akkwisti huwa istitut specjali fil-ligi taghna li jirrapprezenta bhala socjeta`partikolari. Dak li hu cert pero hu li l-komunjoni mhix dotata b' personalita` guridika in bazi ghall-precitat artikolu tal-Kodici Civili u dawk id-disposizzjonijiet l-ohra annoverati taht is-Sub-Titolu III (Fuq il-Komunjoni ta' l-Akkwisti) ta' l-istess Kodici;

Meta obbligazzjoni tkun assunta konguntament mill-mizzewgin, kull wiehed mill-konjugi, in kwantu kompartecipi f' komunjoni, huwakondebitur solidali. Dan mhux biss ghaliex tali solidarjeta` tohrog mill-kuntrattazzjoni innifishaizda ghaliex, kif fuq muri, is-solidarjeta` tidderivi minn provvediment specifiku tal-ligi. L-istruttura ta' l-obbligazzjoni solidali fil-kaz prezenti hi individwata mill-konkors tat-tliet elementi fundamentali taghha u cjoe (a) pluralita` ta' soggetti; (b) l-idem debitum; u (c) eadem causa obligandi. Ir-ratio, imbaghad, ta' din is-solidarjeta` huwa dak li jittutela l-interessi tal-kredituri. Dan kollu jwassal biex jigi ritenut illi allura kull wiehed mill-konjugi jwiegeb ghall-intier tant lil-kredituri - salv ghall-kwestjoni tar-rapprezentanza in gudizzju fil-kaz ta' att ta' amministrazzjoni straordinarja, kif inhu proprju dan il-kaz, a norma ta' l-Artikolu 1322 (3) (d), Kodici Civili- setghu jinsistu ghall-hlas minghand wiehed mill-kon-titolari tal-kirja, kif hekk jiddixxiplina l-Artikolu 1094, Kodici Civili;

Taht ir-regim matrimonjali taghna l-unika deroga fejn ma jistaxjinghad li tezisti din is-solidarjeta` huwa l-kaz kontemplat fl-Artikolu 1329 (1) tal-Kapitolu 16, ucjoe fir-rigward ta' djun li jsiru minn xi hadd fost il-konjugi u li ma jitbatewx mill-komunjoni ta' l-akkwisti. L-obbligazzjoni assunta minn dak il-konjugi ma tqieghedx lill-konjugi l-iehor fil-veste ta' debitur solidali. Dan il-principju jopera indipendentement mill-fatt li l-konjugi jinsabu f'regim ta' komunjoni. Hi biss il-kwota tal-komunjoni tal-konjugi obbligat li sussidjarjament taghmel tajjeb, u dan biss f' kaz li t-talba tal-kredituri kontra l-beni parafernali tieghu jew taghha tibqa' insodisfatta;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info