Referenza: 2/2005

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/11/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
PACE ESTHER ET vs APLAN LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRIBUNAL TAL-KONSUMATUR, KUNCETT TA` GUSTIZZJA NATURALI - TRIBUNAL TAL-KONSUMATUR, ONERU FUQ IL-KONSUMATUR LI JAGIXXI FIL-PRONT
Fil-Qosor
In linea ta' principju generali illi t-tribunali kollha ta' kwalsiasi forma u attribuzzjoni, indistintament ghandhom jirrispettaw ir-regoli hekk importanti u fondamentali tal-gustizzja naturali. Regoli dawn invjolabbli li jesigu, inter alia, il-parita` ta' trattament mal-partijiet in kawza li ebda tribunal ma jista' jissorvola.

L-Arbitru tat-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur "ghandu jitgharraf b' kull mod li jista' jidhirlu xieraq" u, aktar minn hekk, "ghandu jiddezisti kemm jista' jkun milli jqabbad periti teknici sabiex jaghtu l-parir espert taghhom".

Hawnhekk gie ritenut liArbitru ta l-opportunita` lill-partijiet li jressqu l-provi taghhom. Ic-cahda tat-talba li jsir access ma tqiesetx bhala ksur tal-principji ta` gustizzja naturali.

Ix-xerrej ma jistax jippretendi li jzomm l-oggett, jaghmel uzu minnu u meta jigi interpellat ghall-hlas tieghu jippretendi li jigi sostitwit jew li l-venditur jiehdu lura. Hi, del resto, gurisprudenza konkordanti illi "x-xerrejghandu d-dover li juza certa speditezza fl-affarijiet inerenti ghan-negozju, ghaliex il-kummerc majammettix dewmien ingustifikat. Ghalhekk ix-xerrej li jircievi l-merkanzija u ma jkunx irid jaccettaha, ghax jidhirlu li mhix ta' kwalita` tajba, ma jistax izommha ghandu u wara zmien jippretendi lijirritornaha lura. Huwa kien imissu agixxa bid-diligenza kollha f' materja simili; u ladarba ma ghamelx hekk, ma jistax wara jippretendi li jirritorna l-merkanzija u jippregudika lill-venditur"




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni