Reference: 100/2002/1

Judgement Details


Date
09/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FUSCO GABRIELLA vs MICALLEF JOSEPHINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI DA PARTI TAS-SID - LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN CESSJONI U SULLOKAZZJONI
Summary
(1) Is-sullokazzjoni, a differenza tac-cessjoni tad-drittijiet, tohloq kuntratt gdid ta' kiri, li ghalih sid il-kera principali huwa totalment estraneu u li huwa nettament distint mill-kuntratt orginarju tal-kirja principali; u ghalhekk, quddiem sid il-kera, is-subinkwilin huwa terza persuna;

(2) "Issa jekk l-inkwilin stess bil-fatt li jissulloka jkun qed juri li ma jridx igawdi huwa stessminnu, u jkun cedieh lil haddiehor jispiccaw il-fondament u r-raguni ghaliex is-sid ghandu jkun kostrett ihalli l-fond f' idejn dan l-inkwilin billi jikrih huwa u mhux is-sid. Kien fuq dan ir-rifless li l-ligi f' kaz ta' sullokazzjoni tat lis-sid id-dritt li jiehu lura l-fond fit-terminazzjoni tal-lokazzjoni"

(3) Effettivament, dak li l-ligi tipprojbixxi huwa li l-kerrej minghajr il-kunsens espress tas-sid jissulloka l-fond jew icedi l-inkwilinat [Artikolu 9 (a), Kapitolu 69]. Li jfisser li l-kerrej mhux eskluz mill-konsegwenzi legali li jitnisslu mis-sullokazzjoni minghajr il-kunsens tas-sid ghal finijiet tar-ripreza ta' pussess tal-fond taht il-precitat dispost tal-ligi specjali;

(4) Dejjem kif stipulat f' dak id-dispost "dan il-kunsens irid ikun espress, u mhux bizzejjed li jkun tacitu, jew li jigi argomentat mill-atteggjament tas-sid, anke jekk dan ikun univoku fis-sens li huwa kien kuntent b' dak li ghamel il-kerrej". "Naturalment dan il-kunsens espress ma hemmxbzonn jirrivesti ebda forma sagramentali; pero 'espress' jehtieg li jkun, ghad illi ghall-prova tal-ghoti tieghu, meta jigi affermat, jista' jittiehed sussidju anki mic-cirkostanzi";

(5) Finalment, hi gurisprudenza pacifika illi "huwa s-sid li jrid jipprova dak li jallega, u cjoe li l-inkwilin bla kunsens tieghu issulloka l-fond u ceda l-kirja tieghu";

Issa huwa veru illi jekk jigi pprovat li s-sid kien jaf bis-sullokazzjoni "huwa jigi illi rrinunzja ghad-dritt li ma jgeddidx il-kiri minhabba dik is-sullokazzjoni, ghax ma jistax jinvoka, bhala raguni ghat-talba tieghu ghar-ripreza ta' pussess tal-fond, fatt li ghalih huwa jkunu akkwieta ruhu ghal bosta zmien";

Daqstant iehor pero` huwa veru wkoll illi, kif profess, "l-accettazzjoni (tas-sid) hija ta' stretta interpretazzjoni, u dan huwa tant veru fil-kaz in ezami billi l-Artikolu 10 tal-Kapitolu 109 (illum Artikolu 9tal-Kapitolu 69), li jaghti d-dritt lis-sid li jiehu lura l-fond fit-terminazzjoni tal-lokazzjoni,f' kaz ta' trasferiment ta' l-inkwilinat, jitkellem fuq meta l-inkwilin ikun itrasferixxa "l-kiri minghajr il-kunsens espress ta' sid il-kera. Huwa veru illi gie kemm-il darba deciz illi anke meta jkun hemm il-kunsens tacitu u mhux espress, is-sid jiddekadi minn dan id-dritt, izda l-kliem tal-ligi,li ssemmi l-kunsens espress, jippostula illi dan il-kunsens ghandu jirrizulta car u mhux inekwivokuu minn fatti tant inspjegabbli b' mod iehor, illi l-kunsens tacitu jkun in effetti jekwivali ghal kunsens espress";

Rinunzja tacita ghandha tigi interpretata tant restrittivament illi mill-fatti li minnhom dik ir-rinunzja trid tigi dezunta ma tkunx tista' tingibed kongettura ohra hlief il-propozitu evidenti tar-rinunzja. Hemm bzonn li din tirrizulta minn att jew kumpless ta' atti li jissupponu necessarjament fir-rinunzjant l-intenzjoni li huwa jabdika d-dritt tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info