Reference: 67/2003/1

Judgement Details


Date
09/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA DAVID ET vs BONNICI STEPHEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU
Summary
Jinsab stabbilit f' diversi decizjonijiet illi l-kelma "familja" kontenuta fl-ewwel element, u ghall-finijiet tal-Kapitolu 69, tinkludi l-konsangwinei, cioe, dawk kollha kongunti permezz tad-demm u dixxendenti wahda mill-ohra jew minn stipiti komuni.

Ta' min isemmi wkoll illi l-espressjoni "membru tal-familja" tal-kerrej ma tirrikjedix li l-konsengwinita` hi bilfors u dejjem pre-rekwizit tal-"membership" ta' l-istess familja. L-interpretazzjoni twessghet biex tinkludi bhala membri tal-familja tal-kerrej anke persuni li jkunu trabbew mill-kerrej.

Riferibilment dwar it-tieni element tar-residenza mal-kerrej fid-data tal-mewt tieghu, jinsab statwit f' gurisprudenza pacifika illimembru tal-familja ta' l-inkwilin huwa intitolat ikompli fil-lokazzjoni tal-fond lokat anke jekk fid-data tal-mewt ta' l-inkwilin huwa kien joqghod fil-post wahdu ghax l-inkwilin kien jabita band' ohra.

Gie pero` kawtelat fir-rigward ta' dan it-tieni element illi biex membru tal-familja jista' jitlob b' success il-protezzjoni tal-Kapitolu 69, ir-residenza tieghu mal-kerrej ma tridx tkun kazwali jew saltwarja, jew ghas-semplici kumdita` ahjar, jew ta' semplici pjacir, jew ispirata minn dikil-htiega ta' kambjament ta' ambjent li anke taghmel gid ghas-sahha u ghall-mohh imma trid tkun ir-residenza ordinarja tal-bniedem, anke jekk ghal bzonn mhux l-unika residenza tieghu, imma dejjem haga mposta minn necessita`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info