Fil-Qosor
Ir-rikorrenti kien gie mressaq quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali mill-Pulizija Ezekuttiva talli fix-xhur ta' Ottubru u Novembru 2003, f'diversi postijiet ta'Malta u fil-konfront ta' diversi persuni, bil-hsieb li jtellef jew inaqqas il-gieh ta' Louis Cuschieri, wegga' lill-istess Louis Cuschieri bi kliem u bil-kitba jew b'xi mod iehor.
Fil-kors tal-kawza, ir-rikorrent, akkuzat f'dawk il-proceduri, talab li jkun allegat il-process tal-kawza civilifl-ismijiet Mifsud et vs Cuschieri et sabiex ikun hemm il-konferma tal-fatti li ghalihom sejrinjaghmlu riferenza l-imputat u x-xhieda li ser jipprovdi l-imputat. Kemm il-Qorti tal-Magistrai (Malta) bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali, kif ukoll l-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali cahdu dinit-talba tieghu. Ir-rikorrent issa qed jallega li b'din ic-cahda gie res id-dritt tieghu ghal-smigh xieraq.
Din il-Qorti, bla esitazzjoni, tqies li l-ilment tar-rikorrent huwa infondat. L-ewwel nett jinghad li r-rikorrent gie akkuzat b'ingurja taht l-artikolu 252 tal-Kodici Kriminali, u allura l-Qorti, fis-smiegh tal-provi, trid tillimita l-provi ghal-dak li hu strettament rilevanti ghaldak ir-reat. Mhux kompitu tal-Qorti Kriminali li tisma' kull ma jridu jghidu jew jissottomettu l-prosekuzzjoni u d-difiza, izda trid toqghod ghal-dak li tipprovdi l-ligi. Issa, f'kaz ta' reat ta' ingurja, id-difiza tal-verita' tal-fatti mhux permessa hlief fil-kazijiet kontemplati fl-artikolu 253(2) tal-Kodici Kriminali, u cioe',
(a) jekk l-offiz ikun ufficjal jew impjegat pubbliku, u l-fatt attribwit lilu jkollu x'jaqsam ma' l-ezercizzju tad-dmirijiet tieghu, u jekk l-imputat, fil-bidu tas-smigh tal-kawza, jiehu r-responsabbilita' ta' l-ingurija u jiddikjara illi b'difiza tieghu jrid jaghmel il-prova tal-verita' tal-fatt attribwit minnu lill-offiz:
Izda din id-disposizzjoni ma tghoddx fil-kaz tar-reati ikkuntemplati fl-artikoli 93 u 95;
(b) jekk il-kwerelant jitlob formalment illi fis-smigh tal-kawza jigi wkoll zgurat jekk hux veru jew falz il-fatt attribwit lilu.
Kemm l-ewwel Qorti kif ukoll l-Onorabbli Qorti tal-Appell qiesu li dawn ic-cirkustanzi mhumiex applikabbli ghal-kaz in ezami, u kwindi cahdu t-talba tal-imputat biex iressaq dik il-prova. Il-prova li dak li qal l-akkuzat, u li kien il-meritu tal-kawza, kien veru jew intqal min xi hadd iehor huwa irrilevanti f'kaz ta' akkuza ta' ingurija fejn ma japplikawx ic-cirkustanzi fuq indikati. Dan hu principju ben stabbilit fis-sistema gudizzjarja taghna, u anke jekk, fil-konfront ta' persuna mhux koperta bl-artikolu 253(2), certi fatti huma veri, u dan jirrizulta bla ebda dubju, mhux lecitali persuna ohra xxandar dawk il-fatti mal-erbat tirjieh jekk huma malafamanti jew ingurjuzi ghal dikil-persuna.
F'dan il-kaz, ma jirrizultax li l-kwerelant ingurjat kien qed jiehu parti f'xiattivita' politika, u kwindi kull prova li tincidi fuq il-verita tal-fatti kienet irrilevanti u inammissibbli.
Il-fatt li xi haga intqalet jew giet allegata f'kawza civili, ma jfissirx li persuna ohra tista' xxandar fost il-pubbliku dak li intqal jew jigi allegat. Jekk imputat jqies li dakli hu stqarr pubblikament kien kopert b'xi privilegg stabbilit b'xi ligi, kellu d-dmir li jinvoka dak il-privilegg, u b'riferenza specifika ghal-ligi li jkun qed jinvoka, iressaq difisa f'dak is-sens.Jekk persuna tkun biss qed tirraporta diskors jew taghmel xi riferenza ghal xi att kopert bi privilegg, trid tinvoka dak il-privilegg biex il-Qorti tkun tista' tezamina l-provvedimenti tal-ligi invokati u tara jekk humiex applikabbli ghal-kaz in ezami. F'dan il-kaz, l-imputat, f'ebda stadju ma invoka xi privilegg, u allura c-cirkustanza li dak minnu intqal, kien intqal minn persuna ohra jew jinsab allegat f'kawza civili, ma jnaqqas xejn mill-element tar-reat. Jekk l-akkuzat ried iwaqqa l-akkuza kontrih billi, per ezempju, jinvoka l-artikolu 33 tal-Att dwar l-Istampa, kellu kull opportunita'jaghmel dan f'kull stadju tal-proceduri kriminali li ittiehdu kontra tieghu, izda jekk ma riedx jewnaqas li jressaq din id-difiza, ma jistax, wara, jilmenta li kellu nuqqas ta' smigh xieraq.
Inoltre, jekk l-imputat hass li dak li jirrizulta mill-atti tal-kawza civili kien ta' ghajnuna ghalih, ma kienx necessarju li jinsisti fuq l-allegazzjoni tal-process. L-atti ta' kawza civili huma pubblici, u l-imputat setgha facilment jitlob, u kien jinghata, kopji ufficcjali tad-dokumenti li riedjuza. Fil-kors tax-xhieda tieghu, l-imputat ikun, imbaghad, fi grad li jsostni x-xhieda tieghu b'riferenza ghal-dokumenti li jkun jista' jesebixxi - dejjem jekk ikunu rilevanti ghal-kwistjoni.
Ir-rikorrent jghid li hu ma kienx qed jecepixxi formalment id-difiza tal-verita' tal-fatti; dan, pero', hu kontradett mill-istess rikorrent ghax, quddiem il-Qrati Kriminali, meta talab l-allegazzjonital-process tal-kawza civili, huwa immotiva t-talba tieghu sabiex ikun hemm il-konferma tal-fatti. Jidher car, allura, li l-bazi tat-talba kienet marbuta ma' din id-difiza li, fic-cirkustanzi, gietmeqjusa mill-Qorti bhala irrilevanti.
Ir-rikorrent kellu opportunita' jispjega l-motiv tat-talba tieghu kemm quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali, kemmquddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali; fiz-zewg istanzi, it-talba tieghu giet michuda, u majirrizultax lil din il-Qorti li dik id-decizjoni hija manifestament zbaljata li timmerita interventgudizzjarju minn din il-Qorti.
Fid-dawl tal-opportunitajiet li kienu miftuha lill-imputat ufid-dawl tal-provvedimenti tal-ligi u ta' kif svolgew il-proceduri quddiem il-Qrati Kriminali, din il-Qorti ma ssibx li r-rikorrent/imputat gie mcahhad mid-dritt tieghu ghal smigh xieraq. Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrent.