Referenza: 2643/2000/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/08/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V.
Partijiet
MUSCAT ALISA` vs MUSCAT RODERICK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANTENIMENT PENDENTE LITE, TERMINU TA` VALIDITA` TA` DIGRIET TAS-SEKOND` AWLA
Fil-Qosor
Id-dritt li persuna titlob somma ghall-manteniment anke quddiem is-Sekond'Awla u ghalhekk qabel ma tkun miexja l-kawza tal-firda hija kkontemplata fil-proviso ta' l-Artikolu 470 (1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta. Alimenti hekk stabbiliti jibqghu in vigore sakemm mibdula, fil-waqt illi l-proceduri jkunu pendenti sew quddiem il-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja sew quddiem din il-Qorti, il-Qorti ta' Gurisdizzjoni Kontenzjuza.

Id-digriet tas-Sekond Awla' ma jibqax esegwibbli jekk l-azzjoni ghas-separazzjoni li ghaliha jinghata permess ma tinbediex fi zmien xahrejn mid-data tad-digriet jew f'dak iz-zmien itwal li tista' taghti l-Qorti fl-istess digriet jew f'digriet iehor wara.

L-ezegwibbilita' hawn fuq imsemmija tirreferibiss ghall-hlas ta' l-alimenti u mhux ghall-parti tad-digriet fejn tkun inghatat l-awtorizzazzjoni.Digriet tas-Sekond'Awla, ghalhekk, minkejja l-mghodija tax-xahrejn jibqa' digriet validu hlief li,fir-rigward ta' l-alimenti, ma jkunx ezegwibbli sakemm l-istess Qorti ma ttawwalx iz-zmien tieghu fl-istess digriet jew f'digriet iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni