Reference: 834/2004

Judgement Details


Date
20/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BONELLO DUPUIS ALEXANDER vs AZZOPARDI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENT TAL-GRATUWITA` - KOMMODAT, MOTIV TA`
Summary
Iz-zewg modalitajiet possibbli tal-kommodat, kemm dik relatata maz-zmien u dik relatata mal-uzu, jistghu jezistu indipendentement minn xulxin u wahda ma kienetx necessarjament marbuta ma' l-ohra. Il-partijiet jistghu allura jiftiehmu zmien li fih il-kommodat kellu jipperdura, bla ma jiftiehmu x'uzudeterminat kellu jsir mill-haga kunsinnata b'self, u vice-versa. Il-fatt li l-kommodatarju ma jkollux il-godiment esklussiv tal-haga, ma jfissirx illi ghaldaqshekk tigi nieqsa l-figura tal-kommodat.

L-orjentament dominanti fid-dottrina legali u fil-gurisprudenza hi dik li l-kommodat hu essenzjalment kuntratt reali gratwitu, fis-sens li hu perfezzjonat bil-konsenja tal-haga, liema konsenjatimmanifesta l-intenzjoni tal-kommodant li jinstawra l-vinkolu guridiku mal-kommodatarju. Vinkoludan li, kif estratt mid-definizzjoni li l-ligi taghti lill-kuntratt, ex-artikolu 1824 tal-Kodici Civili, jippermetti, kif intwera, lill-kommodatarju jinqeda bil-haga ghal-zmien miftiehem jew ghall-uzudeterminat.

L-element ta' gratuwita' huwa element essenzjali ghal-ezistenza ta' dan il-kuntratt.

Biex ma jkunx hemm l-element ta' gratuwita' jehtieg li l-kommodatarju jaghti xi haga, flus jew oggetti ohra, bhala korrispettiv ghal-uzu u d-dgawdija tal-oggett.

F'dan il-kaz, il-kommodatarju ma ta xejn ghall-uzu li kien qed jaghmel tal-fond in kwistjoni. Hu, anzi, irrinunzja ghad-drittijiet lokatizji li kellu, izda din ir-rinunzja, ghalkemm marbuta mal-ftehim milhuq, m'hiex il-korrispettiv tal-uzu. L-uzu tal-fond inghata bla ebda obbligu ta' hlas ta' xi korrispettiv, u ghalkemm kien hemm raguni ghal din l-ghotja, il-kuntratt innifsu baqa' essenzjalment gratuwitu.

Qabel ma wiehed jersaq ghall-kuntratt, hu x'inhu n-natura tal-kuntratt, jikkonsidra dejjem raguni jew motiv, ghal dak il-kuntratt izda n-natura tal-kuntratt ma jiddependix minnu dak il-motiv. Hekk,per ezempju, qabel ma kumpanija tikkunsidra taghtix donazzjoni ghall-karita', tista' tikkunsidra l-vantagg publicitarju li tista' takkwista b'dik id-donazzjoni, pero', anke jekk l-ghotja tal-kumpanijatkun motivata b'dan il-hsieb li takkwista xi haga lura, n-natura tal-kuntratt tal-ghotja jibqa' dakta' donazzjoni, u ma jsirx kuntratt oneruz minhabba dak il-motiv.

Id-duttrina kif ukoll il-gurisprudenza, zzomm ben distint il-kawza tal-kuntratt ta' kommodat mill-motivi li jaghtu lok ghall-kreazzjoni tieghu. Dawn ta' l-ahhar ma ghandhom l-ebda rilevanza guridika. Hi invece il-'causa', intiza bhala funzjoni ekonomika-socjali tal-ftehim li tikkwalifika l-kommodat bhala kantrattazjoni ta'godiment bazat fuq il-gratuwita' tal-uzu tal-haga.

F'dan il-kaz, wara li l-inkwilina accettat li tirrinunzja ghad-drittijiet lokatizzji li kellha, u tippermetti li s-sit jigi zvillupat f'appartament, il-proprjetarju accetta li jikkoncedi lill-istess inkwilina, id-dgawdija ta' apartament vitadurante bla ebda korrispettiv. L-uzu tal-haga kien miftiehem li jkun, u hekk baqa, gratuwitu', uhu dan li hu importanti ghal-fini tal-esiztenza ta' kuntratt ta' kommodat. Biex ma jkunx hemm l-element ta' gratuwita', irid ikun korrispettiv ghall-uzu, izda f'dan il-kaz il-kommodatarju ma ta xejnghal-dan l-uzu. L-obbligi fuq il-kommodatarju huma dawk biss li johorgu mil-ligi (dwar iz-zamma u l-uzu tal-post), u m'ghandu ebda obbligu iehor li jista' jitqies bhala korrispettiv ghall-uzu. Kif inghad, mhux importanti x'jwassal ghall-kuntratt, izda n-natura tal-kuntratt innifsu, u f'dan il-kaz,il-kuntratt jikontempla biss l-uzu tal-fond bla hlas vita durante; dan iwassal ghal-kuntratt jitqies bhala wiehed ta' kommodat. Il-motiv tal-kuntratt ma jincedix fuq in-natura tieghu. Kuntratt iridjigi ezaminat fih innifsu biex jigi determinat in-natura tieghu, indipendenti bir-ragunijiet li tawlok ghal-holqien tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info