Reference: 2011/1995/1

Judgement Details


Date
20/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BEZZINA PATRICK ET NOE vs MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI U RISORSI UMANI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN FL-AMBITU TA` L-EDUKAZZJONI
Summary
F'kaz ta' skola hemm obbligu kontratwali fuq l-awtoritajiet li jiehdu hsieb it-tfal fdati taht il-kura taghhom in loco parentes.

Ma ghandux ikun hemm dubbju illi l-awtoritajiet edukattivi ghandhom responsabilita' ta' kura lejn l-istudenti, responsabilita' li tohrog bl-istess mod kif tirrizulta r-responsabilita' tal-genituri lejn uliedhom dment li dawn l-istudenti qeghdin taht ir-responsabilita' diretta tal-awtoritajiet edukattivi.

Ma ghandux ikun hemm ebda distinzjoni bejn il-kurali obbligat jippresta missier tajjeb tal-familja lejn uliedu minn l-istess kura li l-iskejjel ghandhom jipprovdu lill-istudenti li jkunu fil-kura taghhom. L-iskola qed tagixxi in loco parentes meta t-tfal qeghdin fil-kura taghha.

Hekk kif min ihaddem ghandu obbligu li jipprovdi a safe systemof work ghall-impjegati tieghu, u d-dmir li jipprovdi sorveljanza adegwata sabiex l-ambjent tax-xoghol ma jkunx konducenti ghal-kwalunkwe forma ta' incident li jippregudika lill-impjegati tieghu u hekk ukoll kif l-awtoritajiet li jkollhom taht ir-responsabilita' taghhom playground ghal-uzu tat-tfal, iridu jipprovdi a safe system of play u monitoragg adegwat hekk f'kaz ta' skola, dawk kollha li jezercitaw funzjoni edukattiva ghandhom fost l-iprem dover dak ta' vigilanza u tas-sorveljanza tat-tfal li t-tutela taghhom tkun giet fdata lilhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info