Reference: 1346/2002

Judgement Details


Date
10/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
DIRETTUR TA' L-ARTIJIET vs GRAND HOTEL EXCELSIOR LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, PATT KOMMISSORJU TACITU
Summary
Il-padrun dirett ghandu d-dritt jitlob ir-rizoluzzjoni ta' l-enfitewsi mhux biss meta l-enfitewta jonqos mill-hlas tac-cens jew fil-kaz ta' taghriq tal-fond imma anke minhabba inadempjenza da parti tal-enfitewta ta' xi obligazzjoni assunta fil-kuntratt enfitewtiku; u dan avolja ma tkunx saret stipulazzjoni f'dan is-sens fil-kuntratt tal-koncessjoni enfitewtika. Ghax il-patt kommissorju hu sottintiz dejjem, fil-kuntratti bilaterali, ghall-kaz li xi wahda mill-partijiet ma tissodisfax l-obligazzjonijiet taghha.

Jekk l-inadempjenza tkun biss parzjali jista' jkun hemm l-annullament tal-konvenzjoni, jekk l-obligazzjoni ma tkunx giet esegwita tkun wahda principali u mhux biss accessorja jew sekondarja; u jekk l-obligazzjoni li ma gietx esegwita hijiex principali jew accessorja jiddependimill-interpretazzjoni tal-volonta' tal-partijiet kontraenti.

L-obligazzjoni li ma gietx esegwita hija principali jekk l-attur probabilment ma kienx ikkontratta kieku seta' jipprevedi l-inadempjenza parzjali ta' l-obligazzjoni da parti tal-konvenut; f'liema kaz il-kuntratt ghandu jigi annullat. Hija accessorja jew sekondarja jekk il-prospettiva ta' l-inadempjenza tal-obligazzjoni aktarx lima kinitx timpedixxi lill-attur li jikkonkludi l-kuntratt u f'dan il-kaz l-attur ghandu biss drittghar-risarciment tad-danni. Ir-rizoluzzjoni tista' tigi mitluba ukoll jekk l-inadempjiment ma jkunxkolpuz jew ikun parzjali imma ghal din ir-rizoluzzjoni minhabba inadempjenza parzjali irid ikun hemmf'kull kaz il-pregudizzju arrekat lill-kreditur minhabba dik l-inadempjenza, b'mod li mhux il-kaz li l-kuntratt jigi annullat jekk il-kreditur ma jkollu ebda interess ghall-adempjiment tal-klawsoli li ma jkunux gew esegwiti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info