Reference: 11/2004/1

Judgement Details


Date
11/07/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
WOODLINE LIMITED vs KUMMISSARJU TAT-TAXXI FUQ IL-VALUR MIZJUD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 1 TA' L-EWWEL PROTOKOLL GHALL-KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJIET UMANI U FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM. - ARTIKOLU 14 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJET UMANI U FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - HLAS TA TAXXA
Summary
Fil-kaz in ezami jirrizulta li kazijiet ugwali jew persuni f'sitwazzjonijiet ugwali gew trattati b'mod diferenti meta ma kienx hemm bazi objettiva u ragjonevoli ghal tali trattament differenti u ma kienx hemm rapport ragonevoli ta' proporzjonalita` bejn il-mezzi impjegati u l-iskopp vizwalizzat .Ghalhekk is-socjeta` rikorrenti ppruvat l-fatt tad-diskrimininazzjoni.

Il-Qorti ghandha l-obbligu li ma tibza' minn hadd fil-protezzjoni tad-drittijiet tac-cittadini. Certament li l-Qorti ma kenitx tasal ghal dawn il-konkluzjonijiet li kieku ma' kull min kellu jaghti intuzat il-procedura tas-sekwestru; izda ma tistax li ma xi whud tibghat ghalihom il-Pulizija u wara tohrog amnestija li bihaigawdu dawk li jkunx ittiehdu dawk il-proceduri kontra taghhom.

Din il-Qorti tiddikjara li permezz tal-agir ta' l-intimat gew lesi d-drittijiet umani u fundamentali taghha ai termini ta' l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijet Umani u Fundamentali tal-Bniedem hekk kif resi applikabbli mill-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll ghall-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet Umani u Fundamentali tal-Bniedem.

Ghaldaqstant, tordna li s-socjeta` kummercjali rikorrenti tigi inkluza mill-intimat fl-Skema ta' Tnaqqis tat-Taxxa Addizzjonali li thabbret fil-Budget tas-sena 2002 u wkolltordna lill-istess intimat illi jhallas u jirrifondi lura lis-socjeta` kummercjali rikorrenti dik is-somma li tirrappresenta d-differenza bejn dak li effettivament hija hallset bhala penali u imghaxghall-VAT 1995 u dak li setghet gawdiet mill-Iskema hawn fuq imsemmija.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info