Referenza: 2465/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/06/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
PORTELLI SAVIOUR SIVE ALDO vs CAUCHI INGLOTT FREDERICK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPROPRJETA`, OBBLIGI FIT-TGAWDIJA TA` HWEJJEG IN KOMUN - SPEJJEZ NECESSARJI - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONIJIET QOSRA MHUX SOLLEVABBLI MHUX ECCEPIBBLI KONTRA MIN HALLAS GHAD-DEBITUR GHAX HEKK OBBLIGAT
Fil-Qosor
Huwa principju ta' dritt regolat mill-Kodici Civili illi "kull komproprjetarju jidhol fil-vantaggi ufil-pizijiet tal-komunjoni, skond is-sehem tieghu" [Artikolu 490 (2)]. Hekk ukoll huwa principju illi "kull wiehed mill-komproprjetarji jista' jobbliga lill-ohrajn johorgu sehem mieghu ghall-ispizamehtiega sabiex il-haga in komun tinzamm fi stat tajjeb" (Artikolu 492);

Il-kondominu ghandudritt igieghel lill-kondomini l-ohra li jikkontribwixxu mieghu ghall-ispejjez necessarji ghal konservazzjoni ta' l-oggett komuni. Biex il-kondominu jkollu d-dritt jaghmel dawn l-ispejjez mhux mehtiegil-kunsens minn qabel tal-kondomini l-ohra, purke l-ispejjez ikunu mhux biss ta' indoli necessarji,imma ukoll kongruwi;

L-Artikolu 2158 tal-Kodici Civili li hekk jipprovdi:

"Il-preskrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 2147 sa 2157 jistghu wkoll jigu eccepiti kontra dak li jkun hallasghad-debitur minbarra minn meta l-hlas ikun sar fuq talba tad-debitur innifsu, jew bi ftehim mad-debitur innifsu, jew meta dak li hallas kien, bhala garanti, jew bhala debitur in solidum, jew ghal skopijiet ohra, jew ghal ragunijiet ohra, obbligat ihallas";

Huwa desunt minn dan id-dispost illi ghalkemm fil-ligi taghna dritt ordinarju ta' kreditu hu preskrivibbli zmien hames snin, pero`, invirtu ta' l-Artikolu 2158 il-preskrizzjonijiet qosra, kompriza dik ta' hames snin, mhumiex eccepibbli kontra min hallas ghad-debitur, ghax hekk obbligat. Iffisser illi ghalkemm min ihallas ghal haddiehor bhala ko-obbligat jigi surrogat fid-drittijiet u azzjonijiet tal-kreditur principali dan ma jfisserx illi kontra tieghu tista' tigi opposta l-istess preskrizzjoni li kienet tkun tista' tigi opposta lill-kreditur;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni