Referenza: 1350/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/06/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ALAKKAD MASSIMO vs ALAKKAD JACQUELINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 19 TAL KAP 255 - CAPITA NULLITATIS - DIFETT SERJU TA DISKREZZJONI TA GUDIZZJU - IMMATURITA AFFETTIVA
Fil-Qosor
L-ewwel parti tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 19 tal-Kap 255 jghid: “.zwieg ikunnull.jekk il-kunsens ta' xi wahda mill-partijiet ikun vizjat b'difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju fuq il-hajja mizzewga, jew fuq id-drittijiet u d-dmirijiet essenzjali taghha.”.

Il-kawza bdiet permezz ta' citazzjoni migjuba mill-attur Massimo Alakkad fis-17 ta' Lulju 2001. Huwa invoka id-diversi capita nullitatis in sostenn tan-nullita` taz-zwieg tieghu; da parti taghha l-konvenutaikkontestat l-allegazzjoni u baqghet issostni li z-zwieg taghha ma' l-attur kien wiehed validu f'ghajnejn il-ligi civili. Kien ghalhekk li wara s-sentenza tal-ewwel grad hija appellat.

Biex jista' jinghad li jkun hemm id-difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju fis-sens tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 19 tal-Kap. 255 irid jirrisulta li, fil-mument tal-ghoti tal-kunsens, parti jew ohra tkun priva b'mod sostanzjali, ossia gravi, minn dik il-fakolta` kritiko-estimattivajew kritiko valutattiva dwar l-oggett tal-kunsens taz-zwieg, jew minn dik il-maturita` affettiva lihija presuppost ghal ghazla libera dwar l-imsemmi oggett. B'immaturita` affettiva wiehed, naturalment, ma jifhimx semplicement nuqqas ta' affett lejn persuna partikolari jew nuqqas ta' gibda jew nuqqas ta' imhabba lejn dik il-persuna partikolari, izda li l-persuna in kwistjoni ma tkunx lahqet b'modgenerali il-maturazjoni tal-affettivita`. Id-difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju anqas ma husemplicement nuqqas ta' hsieb, nuqqas ta' riflessjoni; anqas ma jfisser li wiehed jaghmel jew jiehudecizjonijiet zbaljati - in fatti decizjoni jew ghazla zbaljata hija perfettament kompatibbli ma' diskrezzjoni ta' gudizzju. Anqas ma jfisser li ghax ikun hemm element ta' indecizjoni jew dubbju dwarghazla ta' l-istat ta' hajja dana huwa necessarjament dovut ghal nuqqas (serju) ta' diskrezzjoni ta' gudizzju. Biex ikun hemm in-nuqqas jew difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju kif ravvizat fl-Artikolu 19(1)(d) irid ikun hemm l-inkapacita` psikika (mhux necessarjament anomalija psikologika fis-sens mediku/psikjatriku) jew kostituzzjonali li wiehed jaghraf u jirrifletti, u li jiddeciedi liberament, mhux dwar l-aspetti varji u incidentali tal-hajja mizzewga izda dwar l-oggett tal-kunsens matrimonjali.

Jidher car li l-attur kien ghal kollox fidil lejn il-precetti tal-istess ghaqda,u ghalih z-zwieg mal-konvenuta, wkoll membru tal-istess ghaqda, kien ghalih fuq kollox mezz sabiexhuwa jkompli ‘fulfill himself' fl-istess ghaqda, u dan iktar minn kull haga ohra, tant li jista' jinghad li huwa kien ghal kollox influwenzat bit-taghlim tal-istess.

Biex ikun hemm kaz ta' nuqqas serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju jehtieg li f'wahda mill-partijiet ikun hemm mankanza gravi ta' wiehed minn dawn l-aspetti:-

“(a) Conceptual knowledge - “at the time of the ginving of consent the person must have possessed the basic knowledge of the nature and object of mariage, its ends and rights and duties as elements of the nature of marriage”.

(b) Evalutive knowledge - “at the time of the giving of consent the person must have substantially appreciated the nature, theimport and the essential implications and consequences of marriage”.

(c) Pschological freedoms - “when giving consent the person must have enjoyed the degree of pschological freedom which is necessary and sufficient to ensure his basic powers of choice”. (Keating J. R. pagna 135).

Fil-kaz in dizamina, il-qofol tad-decizjoni ta' l-ewwel Qorti kien fis-sens li l-konflitt intern (ghaxesternament kollox kien jidher ward u zghar) li huwa kellu bejn li ried jizzewweg biex jissodisfa l-istinti naturali tieghu bla ma jikkommetti fornikazzjoni minn naha, u li ried jibqa' fidil mat-taghlim tas-setta u addirittura jilhaq fl-istess setta min-naha l-ohra, gabet fil-konvenut inkapacita` li huwa jiddeciedi liberament dwar l-oggett tal-kunsens li huwa kien qed jaghti, cioe` dwar il-hajjamizzewga u/jew dwar id-drittijiet u dmirijiet essenzjali taghha; u huwa f'dan is-sens li d-difett ta' diskrezzjoni ta' gudizzju kien wiehed serju, ossia gravi, ghax ma kienx jammonta semplicement ghalnuqqas ta' hsieb, jew ghal semplici decizjoni zbaljata, izda ghal inkapacita` fis-sens guridiku tal-Artikolu 19(1)(d) in dizamina.

Din il-Qorti ma tiddisturbax leggerment l-apprezzament tal-provi maghmula mill-ewwel Qorti. Jekk din il-Qorti, bhala Qorti ta' revizjoni, tkun tal-fehma li l-ewwel Qorti setghet, fuq il-provi li kellha quddiemha, tasal legalment u ragjonevolment ghall-konkluzjoni li tkun waslet ghaliha, din il-Qorti ma tiddisturbax dik id-decizjoni jew konkluzjoni. Din il-Qorti, wara li hasbet fit-tul, hi tal-fehma li m'ghandhiex tiddisturba l-konkluzjoni milhuqa mill-ewwel Qorti, konkluzjoni li l-ewwel Qorti waslet ghaliha wara ezami dettaljat hafna tal-provi li kien hemm -- anke jekk dawn il-provi ma kienux hafna fil-kwantita` -- u konkluzjoni li din il-Qorti hi tal-fehma li kienet wahda sostanzjalment gusta.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata. L-ispejjez ta' dana l-appell jibqghu a karigu tal-appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni