Reference: 1087/2002/1

Judgement Details


Date
13/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MAGRO RAYMOND ET vs MAGRO RITA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, KUNCETT TA` IMPOSSIBILITA` FIZIKA
Summary
Il-Kodici Civili taghna jikkontempla tliet xorta ta' azzjonijiet fuq il-filjazzjoni naturali: wahdahija dik ta' denegata paternita`, li l-ligi taghti biss lir-ragel ta' omm it-tifel, u fil-kaz kontemplat fl-art. 74 testendiha lill-werrieta tieghu (art. 84, 85, 86 u 87); it-tieni hi dik ta' impunjazzjoni tal-legittimita` tat-tifel kontemplata fl-art. 76 u 77 li hi moghtija b'mod generali lil kull min ikollu interess; u t-tielet hija dik ta' tfittxija u reklam ta' paternita` kontemplata fis-subtitolu II tat-Titolu II ta' l-Ewwel Ktieb tal-Kodici, li hi moghtija biss lit-tifel u estiza lill-werrieta u dixxendenti tieghu fil-kaz biss kontemplat fl-artikolu 85.

Dan l-appell kien jiccentra dwar l-interpretazzjoni tal-frazi "impossibilita` fizika" imsemmija fl-Artikolu 77 tal-Kodici Civili, cioe` l-azzjoni ta' impunjazzjoni tal-legittimita` (jew "filjazzjoni", in vista ta' emendi recenti fil-Kodici Civili) moghtija mil-ligi lil kull terz interessat. Dan l-Artikolu jippreskrivi illi:"Il-filjazzjoni ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata wkoll minn kull min ikollu interess jekk jipprova illi fiz-zmien bejn it-tliet mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien fl-impossibilita` fizika li jghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha."

L-Artikolu 77 ma jsib ebda riskontru f'kodicijiet li fuqhom kien mudellat il-kodici taghna. Dan id-dritt ta' azzjoni lil kull terz interessat moghti fl-Artikolu 77 jirrispekkja b'differenza wahda id-dispost fl-Artikolu 70(1)(a) - cioe` wahda mill-ipotesijiet meta r-ragel ta' l-omm ghandu d-dritt li jistitwixxi kawza ta' denegata paternita`, u cioe` "jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt jum u l-mija u tmenin jum qabel it-twelid tat-tifel, hu kien fl-impossibbiltĂ  fizika li jghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha, jew minhabba xi accident iehor" (sottolinear ta' din il-Qorti). Wiehed jinnota li l-frazi "jew minhabba xi accident iehor" fl-Artikolu 70(1)(a) ma gietx riprodotta fl-Artikolu 77 tal-Kodici Civili. Apparti din id-differenza, id-dritt ta' azzjoni moghti lit-terz interessat fl-Artikolu 77 u d-dritt ta' azzjoni moghti lir-ragel ta' l-ommfl-Artikolu 70(1)(a) huma fis-sustanza identici, u salv dejjem il-kwistjoni taz-zmien li fih tista'tigi inizjata l-azzjoni skond l-Artikolu 73.

Il-kaz mahsub fl-art. 77(a) tal-Kodici imsemmima jaghmilx ghall-kaz in dizamina, il-ghaliex l-attur, ghalkemm, jigi ammess ipotetikament, kien separat 'di fatto' minn martu fil-perjodu imsemmi fil-ligi, ma kienx fil-fatt fl-impossibilita` fizikali jghammar ma' martu, fis-sens li dik l-impossibilita` giet interpretata, u cioe` impossibilita` fizika, materjali u assoluta, li minnha titnissel ic-certezza li kien affattu impossibili ghalih li jiltaqa' ma' martu.

In-nies l-ohrajn interessati ghandhom biss azzjoni fil-kaz ta' impossibilita` ta' koabitazzjoni tal-prezunti genituri minhabba l-lontanza, li fil-gurisprudenza giet interpretata bhala assenza mill-Gzira tar-ragel ta' omm it-tifel. Ghalkemm is-safar huwa l-iktar ezempju ovvjuta' "impossibilita` fizika", dan mhux l-unika kaz fejn jista' jkun hemm impossibilita` fizika, bhalper ezempju meta r-ragel ta' l-omm ikun il-habs jew rikoverat go sptar. Ghalhekk l-interpretazzjonikorretta li ghandha tigi moghtija lill-Artikolu 77 hija li impossibilita` fizika, assoluta u materjali, u mhux biss semplici impossibilita` morali.

Wara l-emendi ta' l-1993 ir-ragel ta' l-ommjista' jichad it-tifel kemm inter alia f'kaz ta' impossibilta` fizika kif ukoll f'kaz ta' separazzjoni de facto, fil-waqt li t-terz interessat jista' biss jimpunja l-legittimita` f'kaz ta' impossibilita` fizika (apparti dak li jiddisponi l-Artikolu 76 li ma hux rilevanti ghall-kaz odjern). Dan iwassal ghall-konkluzjoni illi ghalkemm fl-1993 il-legislatur introduca disposizzjonijiet iktar liberalifl-azzjoni ta' denegata paternita` moghtija lir-ragel ta' l-omm, huwa deliberatament ma riedx ikunprogressiv fil-kaz ta' l-azzjoni ta' impunjazzjoni ta' legittimita` moghtija lil kull terz interessat fl-Artikolu 77.

Huwa vera li l-Att XXI ta' l-1993 formalment irrikonoxxa l-importanza bhalaprova tat-testijiet xjentifici u genetici, u din il-prova giet ammessa b'mod partikolari fl-Artikolu 70(3) - cioe` fil-kuntest ta' azzjoni ta' denegata paternita` moghtija lir-ragel ta' l-omm - u fl-Artikolu 100A tal-Kodici Civili li jirreferi ghal talba gudizzjarja ghal dikjarazzjoni ta' paternita` istitwita minn tifel imwieled barra miz-zwieg.

Apparti l-fatt li ma nsibu l-ebda disposizzjoni analoga ghal dik ta' l-Artikolu 100A fil-kuntest ta' l-azzjoni ta' impunjazzjoni ta' filjazzjoni taht l-Artikolu 77, ma hemmx dubju minn qari tad-disposizzjonijiet kollha rilevanti illi l-legislatur ma riedx li l-prova genetika wahedha tkun sufficjenti biex teskludi l-paternita`, minghajr il-htiega li jigu wkoll ippruvati r-rekwiziti l-ohra kollha rikjesti mil-ligi. Kieku din kienet ir-riedatal-legislatur dan kien jghidu espressament. Minflok il-legislatur ghazel li t-testijiet genetici ikunu rikonoxxuti biss bhala prova - forsi anki wahda mill-iktar provi importanti - flimkien mal-provil-ohra prodotti biex jissustanzjaw l-elementi l-ohra ta' wahda jew iktar mill-ipotesijiet kontemplati mil-ligi. Fi kliem iehor, il-legislatur ma riedx li l-prova genetika wehidha tkun sufficjenti biex tipprevali fuq il-prezunzjoni legali li pater is est quem justae nuptiae demonstrant. Din il-Qortihi tal-fehma li l-interpretazzjoni wiesgha u liberali li xi mindaqqiet kienet qed tinghata recentement (l-aktar f'sentenzi tal-Prim Awla li ma gewx appellati) lill-frazi "impossibilita` fizika" , inkluza dik li minnha gie intavolat l-appell odjern, kienet ispirata minn sens ta' ekwita` u sabiex tigi offruta soluzzjoni fid-dawl tat-tibdil tal-hsieb socjali f'dan il-qasam.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info