Reference: 577/1998/1

Judgement Details


Date
31/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FENECH BEATRICE ET vs TESTA ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BARE PREMISES
Summary
Il-principju stabilit mill-qrati huwa fis-sens li meta l-kirja jkollha bhala oggett hanut jew stabiliment iehor kummercjali bhala post battal, kwestjonijiet tat-tnehhija (zgumbrament) tal-okkupant minn post bhal dak wara li jaghlaq iz-zmien miftiehem iridu jitressqu quddiem it-tribunal imwaqqaf mil-ligi specjali tal-kera. Min-naha l-ohra, jekk il-kirja kienet wahda tal-avvjament li kien trawwem f'hanut jew stabiliment kummercjali, kwestjonijiet bhal dawn jitqiesu mill-Qrati ta' gurisdizzjoni ordinarja. Mhux hekk biss, izda fil-kaz ta' kirjiet tal-avvjament, ma jinghatax lill-okkupant li jtawwal iz-zmien aktar minn dak miftiehem, u ma jistax ikun hemm "rilokazzjoni" bhalma jigri fil-kaz tal-kirja tal-hanut battal;

Mhux kull kirja ta' hanut jew stabiliment kummercjali li fih ikunu jinsabu xi attrezzi, ghamara jew taghmir ifisser b'daqshekk li n-negozju kien wiehed ta'kirja ta' avvjament. Lanqas il-fatt li dwar il-post ikun hemm fis-sehh licenzi ghan-negozju u dawn jinzammu fuqisem is-sid meta jsir il-ftehim ma jfisser tabilfors li l-ftehim kien wiehed ta' kirja tal-avvjament. Dawn ic-cirkostanzi wahedhom ma jibdlux il-fatt li l-kirja kienet kirja tal-post. Izda, min-nahal-ohra, il-fatt li fil-ftehim ma jissemmiex espressament li l-kirja kienet wahda ta' avvjament ma ghandux iwassal tabilfors ghac-cahda li n-negozju veru ta' bejn il-partijiet kien tassew hekk: izda dan irid jirrizulta mill-fehma tal-partijiet u mit-tifsira tal-kundizzjonijiet kollha li jsawru l-ftehim. Dan qieghed jinghad ghaliex wiehed ghandu jaghraf bejn kirja ta' avvjament ta' hanut minn kirja ta' hanut bl-avvjament, li m'humiex l-istess haga: tat-tieni xorta wahda jista' jitqies bhala kirja tal-post bhalma titqies kirja ta' post li jkun "bare premises";

Fil-kiri ta' negozju avvjatwiehed mill-aktar fatturi siewja, jekk mhux determinanti, huwa l-element tal-qligh li dak in-negozju jkun qieghed jaghmel. B'zieda ma' dan, wiehed irid jara wkoll x'ghamla ta' klijentela kellu l-postfil-waqt li jsir il-ftehim, x'potenzjalita' jhaddan l-istess post mil-lokalita' li fiha jinsab, l-ghamla ta' negozju li jsir fih (b'mod partikolari jekk in-negozju jinzamm fl-istess linja wara t-trasferiment) u wkoll l-isem li l-post kummercjali jgawdi man-nies;

Ghalhekk, huwa mehtieg li jintwera (minn min jallega li l-kirja kienet wahda tal-avvjament jew negozju mrawwem) li l-oggett ewlieni tal-ftehim kien sewwasew dak in-negozju. Il-fatt li l-post jintuza fl-istess generu ta' negozjuli kien jitmexxa fih qabel ma tkun saret il-kirja, jaghti 'l wiehed x'jifhem li l-kirja kienet wahda tal-avvjament, izda m'hijiex kriterju assolut ta' prova. Dan jinghad ghaliex irid jintwera li kienet sewwasew dik il-klijentela mrawma li hija l-oggett ewlieni tal-ftehim li jkun. U tali klijentela mrawma tista' tintwera biss jekk jigi ippruvat li kienet tezisti tassew fil-waqt li jkun sar il-ftehim;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info