Referenza: 250/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/06/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GRECH JOHN vs GRECH ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIVIZJONI, JEDD TA` KOMPROPRJETARJU META JKOLLU BENI IMMOBBLI VICINI GHAL DAWK TAL-KOMUNJONI - DIVIZJONI, META GHANDHA SSIR BIX-XORTI JEW BL-ASSENJAZZJONI - DIVIZJONI, META KONDIVIDEND IKUN JOKKUPA FOND KOMUNI - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI
Fil-Qosor
F'divizjoni ta' immobbli fejn ikun hemm iktar minn proprjeta' wahda li trid tinqasam, jekk xi hadd mill-kondividendi jkollu proprjeta' ohra tieghu biss li tmiss ma' xi wahda minnhom, ghandu dritt li jitlob li jigi assenjat dik il-proprjeta', purche' anke l-partijiet l-ohra tal-qasma ikollhom ic-cansli jigu assenjati proprjetajiet ohra immobbli.

Filwaqt li hu veru li l-artikolu 510 tal-Kodici Civili jistabilixxi li l-ishma iridu jigu mtellghin bix-xorti, pero', jirrizultaw cirkustanzi lijimmilitaw kontra li tigi adottata din il-procedura.

Fil-fatt intqal li minkejja l-qawwa ta'din ir-regola, madankollu, jibqa' dejjem miftuh ghall-Qorti li tqis ic-cirkustanzi jew fatti speci partikolari tal-kaz li jkollha quddiemha qabel ma tapplikaha automatikament.

Bhala principju,il-fatt li fond in divisjoni ikun okkupat minn wiehed mill-ko-proprjetarju, m'ghandux jaghtih drittli jinsisti li dak il-fond jigi assenjat lilu.

Hawnhekk, iz-zewg ko-proprjetarji li okkupaw fond kull wiehed, u t-tnejn stabbilew in-negozju u l-avvjament taghhom mill-fond minnhom okkupat. Il-Qorti wara li qieset dana kollu ghazlet li ma tiddisturbax dan l-istat ta' fatt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni