Referenza: 1162/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/05/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARUANA LT. COL. GUSTAV PRO ET NOE vs AIR SUPPLIES & CATERING CO. LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, ON CONSIGNMENT - PRESKRIZZJONI, SPEDIZZJONI TA` MERCI ON CONSIGNMENT
Fil-Qosor
"Il-kuntratt ta' spedizzjoni ta' merci 'on consignment' huwa kuntratt mhux ta' bejgh, imma pjuttostta' kummissjoni." Dan ghaliex il-parti li tircevi l-mercja ma ssirx il-proprjetarja ta' dik merkanzija bhal ma jigri f'kaz ta' bejgh, izda ghandha biss minn natura ta' depozitarju bl-obbligu li, mal-bejgh ta' dik il-merkanzija lill-terzi persuni bil-prezz minnha konvenut ma dawk it-terzi, thallas lid-depozitant il-prezz originarjament konvenut ghal dik il-merkanzija hekk mibjugha.

Il-partili tircevi l-merkanzija "on consignment" hija ghalhekk il-kustodja ossia depozitarja ta' dik il-merkanzija u bhala tali ma tistax tippreskrivi favur taghha inkwantu dik il-parti tkun qed izzomm il-haga f'isem haddiehor. Tali persuna izda tista` tippreskrivi jekk it-titolu taghha jitbiddel "minhabbaraguni li tkun gejja min terza persuna". Dan ifisser li kemm-il darba jsir il-bejgh tal-merkanzija "on consignment" il-parti li tkun irceviet l-merkanzija b'dan it-titolu tista` tissolleva l-eccezzjoni ta' preskrizzjoni kemm-il darba jkun ghadda l-perjodu preskrittiv mehtieg bejn id-data tal-bejgh lill-terza persuna, li tkun allura holqot l-obbligu ta' hlas mil-"consignee" lill-principal. Isegwi li din l-eccezzjoni tista` biss tkun sollevabbli kemm-il darba ssir il-prova, mill-"consignee" li huwa ittrasferixxa l-merkanzija lill-terzi persuni.

Il-gurament decizorju jippresupponi sitwazzjoni fejn l-kreditu huwa preskrivibbli altrimenti ma japplikax.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni