Reference: 1934/1997/1

Judgement Details


Date
25/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ATTARD PAUL NOE vs ABELA LORETO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` - MANDAT KAWTELATORJU, LOCUS STANDI F`AZZJONI GHAL DANNI WARA MANDAT - MANDAT KAWTELATORJU, LOCUS STANDI F`AZZJONI GHAL PENALI WARA MANDAT - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI
Summary
Ghar-rigward tal-azzjoni attrici immirata ghall-kundanna tal-imharrek ghad-danni minhabba u b'konsegwenza ta' hrug ta' Mandat kawtelatorju kollox irid jitqieghed fil-qafas ta' zewg principji ewlenin:l-ewwel wiehed huwa dak li min jirrikorri ghal jedd li ghandu ma jitqiesx li hu responsabbli ghal hsara mgarrba minn haddiehor minhabba l-uzu xieraq ta' dak il-jedd ("qui suo jure utitur neminem laedere videtur"); it-tieni wiehed huwa dak li l-jedd li wiehed ifittex ir-rimedji tieghu billi jirrikorri ghall-awtorita' gudizzjarja, minflok jiehu l-ligi b'idejh, m'ghandux jigi mxekkel bla bzonn;

Il-Qrati taghna dejjem gharfu wkoll li l-jedd li wiehed idur ghal rimedji gudizzjarji ma ghanduxjitbiddel f'abbuz tal-procedura bil-hsieb li, biex idejjaq jew b'mod fieragh, igib lill-parti avversarja f'qaghda li jkollha ccedi ghar-rikatt, ghandha jew m'ghandhiex ragun. Kien ghalhekk ukoll li fil-qafas ta' kwestjonijiet ta' din l-ghamla, il-Qrati taghna, minn zmien ghal zmien, fissru l-limitiu c-cirkostanzi dwar fejn u kif jista' jitqies li jkun sehh abbuz mill-process gudizzjarju bi hsaraghal haddiehor. F'dan id-dawl ta' min jghid li "non era necessario che chi faceva istanza per laspedizione di un mandato cautelatorio avesse effettivamente il diritto che egli intendeva cautelare,essendo sufficiente che egli in buona fede credesse avere un simile diritto, al che rispondeva la parola 'pretensione'";

Il-fatt wahdu li persuna tkun bdiet procedura (maghduda maghha l-hrug ta' Mandati biex jikkawtelaw dik l-azzjoni) li, wara l-istharrig tal-Qorti, ma tigix milqugha, ma jfissirx b'daqshekk biss li kull procedura kienet saret b'abbuz tad-dritt li tirrikorri lejn il-Qorti;

Illi, generalment, l-abbuz mill-procedura gudizzjarja jitqies biss f'kazijiet eccezzjonali li, x'aktarx, jintrabtu mal-qerq tal-persuna li tkun irrikorriet ghaliha jew mal-frugha tal-pretensjoni nfisha. Fejn ikun hemm element ta' agir fieragh fi procedura gudizzjarja, dan normalment jixhedl-abbuz tal-process gudizzjarju. F'dan ir-rigward inghad li ghalkemm ir-ragunijiet li ghalihom minikun talab u kiseb il-hrug ta' Mandat kawtelatorju jista' jinsab hati ghad-danni ma jintrabtux bissmal-erba' cirkostanzi msemmija fl-artikolu 836(8), taht ir-regoli generali tar-responsabbilta' iridjintwera li tali persuna tkun mexxiet b'imprudenza, traskuragni jew nuqqas ta' hsieb ta' missier tajjeb tal-familja;

Illi, minbarra dan, l-azzjoni ta' min ikun garrab danni minhabba t-tehid ta' procedura gudizzjarja mibdija minn haddiehor hija wahda li l-Qrati taghna qiesu sa minn zmien sewwa qabel ma ddahhlet procedura specjali fil-Kodici Procedurali fl-1995.

Il-kwistjoni mqajma f'din il-kawza kienet jekk terza persuna milquta bl-esekuzzjoni ta' att gudizzjarju kawtelatorju, ghandhiex azzjoni ghad-danni kontra l-esekutant tal-imsemmi att jekk jirrizulta li l-istess att ikun inhareg b'mod abbuziv jew fuq raguni fiergha.

Il-Qorti irriteniet li azzjoni bhal din tista'titressaq minn kull persuna li ggarrab hsara fi hwejjigha minhabba att gudizzjarju hekk mahrug. Ir-raguni ewlenija hi li, kif inghad, il-bazi tal-azzjoni huwa l-applikazzjoni tal-principju generali tar-responsabbilta' ghad-danni. Dak il-principju jrid li kull min igib hsara lil kull haddiehor b'ghamil jew b'nuqqas li ghalih iwiegeb, irid jaghmel tajjeb ghal dik il-hsara. Il-ligi ma taghrafx jekk il-persuna mgarrba kinitx fil-hsieb jew fil-mira tal-persuna li tkun ghamlitilha dik il-hsara: il-kriterju huwa r-rabta bejn l-ghamil u l-hsara li dak l-ghamil ikun gab fuq il-persuna jew hwejjigha;

Dan igib ukoll il-konsegwenza li l-persuna li tallega li garrbet il-hsara jew dannu trid tipprova kif imiss il-hsara jew id-dannu mgarrab. F'dan ir-rigward irid jinghad li l-kwestjoni dwar jekk il-hwejjeg maqbuda fl-ezekuzzjoni tal-Mandat kinux tassew tal-kumpannija attrici jehtieg li tigiippruvata mill-istess kumpannija.

Il-kwestjoni tal-penali marbuta mal-hrug ta' Mandati kawtelatorji tohrog biss mid-dispozizzjonijiet tal-artikolu 836(8), 838A u 866 tal-imsemmi Kodici. Filwaqt li f'tal-ewwel, ir-rimedju jista' jintalab kemm jekk il-Mandat kawtelatorju ghadu fis-sehh u kifukoll jekk kien gie mhassar, f'tat-tieni l-procedura tista' tittiehed biss jekk dak il-Mandat ikunghadu fis-sehh. Izda, johrog car mil-ligi, li f'kull wahda minn dawn iz-zewg proceduri, r-rimedju tal-ghoti tal-penali jezisti biss fil-konfront tal-persuna li kontra taghha jkun inhareg il-Mandat;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info