Reference: 1477/2001/1

Judgement Details


Date
19/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
XANTHIPPE SHIPPING LTD vs KONTROLLUR TAD-DWANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
NOTIFIKA, KORP MOGHNI B`PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA
Summary
Il-procedura ta' notifika ta' atti gudizzjarji ta' korp li jkollu personalita' guridika distinta hija mfissra fl-artikolu 187(4) tal-Kodici tal-Procedura Civili. F'dak il-kaz, biex notifika jitqies li saret sewwa, jehtieg jintwera li jew (a) thalliet kopja tal-att fl-ufficcju registrat, fl-ufficcjuewlieni, jew fil-post tan-negozju jew fl-indirizz postali, f'idejn persuna li jkollha r-rapprezentanza guridika ta' dak il-korp, jew segretarju tal-kumpannija, jew persuna ohra awtorizzata bil-miktub; jew (b) f'idejn xihadd mill-imsemmija persuni, imma billi tithalla f'idejn membru tal-familja jewtad-dar jew f'idejn wiehed fis-servizz ta' persuna bhal dik jew ta' prokuratur taghha, jew f'idejn persuna awtorizzata minn persuna bhal dik biex tircievi l-posta taghha, fil-post fejn dik il-persunatkun toqghod jew tahdem jew fil-post tax-xoghol jew fl-indirizz postali taghha;

Ladarba l-ligi trid li n-notifika ta' persuna li ghandha r-rapprezentanza ta' kumpannija kif imsemmi fl-artikolu181A(2) tal-Kodici tista' ssir ukoll fid-dar fejn toqghod tali persuna, u li f'kaz bhal dak, in-notifika tista' ssir lil kull membru tal-familja jew tad-dar jew f'idejn wiehed fis-servizz ta' dik il-persuna, allura f'dak il-kaz, il-kwestjoni tal-awtorizzazzjoni ma tidholx. Fi kliem iehor, ladarba l-ittra ufficjali ntbaghtet fl-indirizz postali u wkoll fid-dar fejn jghammru d-diretturi ta' kumpannija (li huwa wkoll l-indirizz registrat tal-istess kumpannija), u l-fatt li l-att gudizzjarju ntlaqa' minn persuna fis-servizz taghhom, dan ifisser li n-notifika saret kif imiss ghall-finijiet tal-artikolu 187(4)(b) tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info