Reference: 314/2005

Judgement Details


Date
19/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BARTOLO EMANUEL vs MICALLEF VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT IN FACTUM, ELEMENTI MEHTIEGA GHALL-AKKOLJIMENT TA` - MANDAT IN FACTUM, OBBLIGAZIONE DI DARE - MANDAT IN FACTUM, OBBLIGAZIONE DI FARE
Summary
L-artikolu 385 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi illi:

"385. (1) Il-mandat in factum ghandu jkun fih ordni lill-ufficjal ezekuttiv tal-Qorti biex l-ezekutat jigi mehud il-habs u jinzamm hemm bi spejjez tieghu innifsu sakemm ma jaghmilx il-fatt ordnat bis-sentenza, jew sakemm il-Qorti jidhrilha li hu mehtieg sabiex tizgura l-esekuzzjoni ta' dak il-fatt.

(2) Il-mandat m'ghandux jinhareg hlief wara rikors mill-kreditur u l-Qorti ghandha tohrog il-mandat biss jekk tkun sodisfatta li l-kreditur ma ghandu ebda mezz ta' esekuzzjoni ohra".

Sa ftit zmien ilu, it-talbaghal-hrug ta' dan il-mandat kellha issir permezz ta' citazzjoni, u, f'kull kaz, kellu jkun precedutminn sentenza li tkun ikkundannat lill-konvenut sabiex jesegwixxi xi att, li jibqa' mhux esegwit, ul-Qorti trid tara li tali mandat huwa necessarju sabiex tigi esegwita s-sentenza. Bis-sahha ta' l-emendi ricenti, it-talba tista' issir b'rikors, izda, fil-fehma tal-Qorti, din il-bidla la bidlet ix-xorta u l-iskop tal-mandat, u lanqas ma nehhiet minn fuq il-Qorti l-obbligu li tisma lill-partijietu tara li dak il-mandat hu verament mehtieg ghall-ezekuzzjoni tas-sentenza. Dan il-mandat ma jinharegx, kif jinhargu hafna mil-mandati l-ohra, fuq responsabilita' ta' min jitlob il-hrug tieghu, izdaghandu jinhareg mill-Qorti wara li tkun semghet liz-zewg nahat u wara deliberazzjoni, in iscritto jew oralment, fuq il-htiega tal-mandat. Dan il-mandat iwassal ghac-cahda mil-liberta' tal-individwu,u m'ghandux jigi akkordat jekk mhux wara li jigu ezaminati l-posizzjoni taz-zewg nahat involuti fil-materja.

Dan il-mandat ma jistax johrog hlief wara talba permezz ta' rikors ad hoc nonostante t-titolu esekuttiv li jkun ottjena l-kreditur sabiex il-Qorti taccerta ruhha li jezistu il-presupposti ghall-hrug tal-istess mandat u cioe' li l-istess konvenut kien ikkundannat b'sentenza sabiex jaghmel xi att hemm ordnat fil-konfront tal-attur, u sabiex tivverifika li fil-fatt dan l-att veramentma sehhx in konformita' mal-istess sentenza indikata, u fit-tieni lok sabiex jigi stabbilit jekk tali mandat huwiex mehtieg sabiex tassigura l-esekuzzjoni ta' tali fatt.

Illi ghalhekk fl-ewwelipotesi din il-Qorti trid tara li fil-fatt il-mandat in kwistjoni irid jintalab biss fil-kaz li l-konvenut ma jkunx ezegwa l-obbligazzjoni ta' fatt imposta fuqu b'sentenza.

Il-Qorti trid tassikura ruhha qabel ma taghti l-ordni ghal hrug ta' tali mandat li l-obbligazzjoni indikata fis-sentenza ma tkunx wahda ta' hlas u lanqas sabiex tigi moghtija xi haga determinata, izda ghandha tikkonsisti fil-kompjiment ta' att personali ghall-istess debitur, u mhux biss izda stante id-disposizzjoni tal-artikolu 385 (4) tal-Kap 12, irid jigi accertat ukoll jekk gewx esegwiti mezzi ohra ta' esekuzzjoni jekk dan ikun possibbli fic-cirkostanzi.

L-ghan tal-procediment ezekuttiv huwa llum il-gurnata li kull obbligazzjoni di fare tigi konvertita f'obbligazzjoni di dare sabiex b'hekk it-talba tigi rizolta fir-rifzjoni pekunjarja tad-dannu emergenti mill-inadempiment, ghalhekk qabel ma wiehed jirrikorri ghall-mandat in factum ghandu qabel xejn jintwera li l-obbloigazzjoni di fare ma tistax tigi konvertita f'obbligazzjoni di dare permezz ta' azzjoni ghad-danni u imghax.

Illi dawn il-principji ghadhom applikabbli nonostante il-bidla fil-procedura dwar kif issir it-talba ghal-hrug tal-mandat, u nonostante t-thassir fl-1985 tal-mandat ghal-arrest personali. Il-Mandat ta' arrest personali tnehha mhux ghax l-istess skop jista' jintlahaq bil-hrug ta' mandat in factum, izda peress li,skond l-izvillup dottrinali, l-arrest ta' persuna minhabba dejn gie meqjus bhala li jikser id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwu. L-interpretazzjoni li jrid jaghti l-intimat twassal ghal-konsiderazzjoni li l-arrest personali ghad-dejn ghadu parti mill-ordinament guridiku Malti, meta dan ma kienx fil-hsieb tal-legislatur meta hassar il-provvedimenti tal-ligi li kienu jirregolawil-mandat ta' arrest.

L-artikolu 385 fuq indikat ghadu jaghmilha cara li l-mandat in factum jista' jinhareg f'kaz li d-debitur "ma jaghmilx il-fatt ordnat". Jidher car li dan il-mandat jista'jinhareg biss f'kaz ta' obbligazioni 'di fare' u mhux obbligazzjoni ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info