Reference: 107/1998/1

Judgement Details


Date
18/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT CARMEN ET vs DEBONO JOHN P.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MHUX PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, GESTJONI TA` NEGOZJU MA TAMMONTAX GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JGHADDI L-KIRJA LIL SOCJETA` TIEGHU STESS
Summary
Socjeta` kummercjali ghandha personalita` guridika distinta minn dik tas-singoli socji. Ifisser allura illi jekk il-gudikant ikun perswaz li mhux biss l-avvjament tan-negozju ghadda f' isem is-socjeta` imma anke l-inkwilinat tieghu hemm verament dak it-trasferiment favur persuna guridika diversa lihi s-socjeta`, u allura din bhala aventi kawza tal-kerrej saret is-subinkwilina jew ic-cessjonarjata' l-affitt tal-fond in kwestjoni.

Il-ligi ma tipprojbix lill-kerrej jiggestixxi hanut mikrililu permezz ta' haddiehor jew li jassocja mieghu lil haddiehor fin-negozju ta' dak il-hanut. Tridghalhekk tinzamm id-distinzjoni netta bejn il-kirja u n-negozju gestit fil-fond mikri.

Biex il-kaz jitqies xort' ohra, jaggrava dejjem fuq is-sid "li jrid jipprova dak li jallega u cioe li l-inkwilin bla kunsens tieghu ssulloka l-fond jew ceda l-kirja tieghu. U tali prova mhux bizzejjed li tkun indizju jew probabilita`. Jehtieg li tkun univoka u kredibbli sal-punt li twassal lill-gudikantghall-konvinciment illi l-inkwilin ma kienx ghadu bhala fatt juzufruwixxi mid-drittijiet lilu kompetenti bhala kerrej u li kien ghadda dawn l-istess drittijiet komprizi fit-tgawdija tal-haga lilu mikrija lil haddiehor. Is-sid allura jrid jipprova sodisfacentement illi l-inkwilin ma kienx zamm ghalih b' mod reali u mhux fittizju l-kirja u li konsegwentement ma jkunx ihossu dwarha responsabbli ghall-oggett lokat versu s-sid.

Il-fatt li socjeta` tuza fond bl-ebda mod ma jfisser li din kellha xi dritt fuq l-istess fond. Wisq anqas ifisser li tezisti xi prova illi akkwistat xi titolu fuqil-fond permezz ta' sullokazzjoni, cessjoni jew trasferiment xort' ohra ta' l-inkwilinat.

Inlinea generali illi mhuwiex assolut il-principju illi fejn si tratta ta' alterazzjonijiet huwa dejjem necessarju l-kunsens ta' sid il-fond. Huwa pacifikament accettat illi l-kerrej igawdi mid-dritt tal-jus variandi u allura fejn dawn l-alterazzjonijiet ma jbiddlux in-natura tal-fond, ma humiex ta'pregudizzju ghad-drittijiet tas-sid u huma necessarji jew utli ghat-tgawdija tal-fond, tali alterazzjonijiet huma konsentiti anke minghajr il-kunsens tas-sid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info