Referenza: 44/2004/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/05/2005
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
CIAPPARA NORBERT SPETTUR ET vs SEYCHELL ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - ARTIKOLU 22A KAP. 101 - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TGAWDIJA TA` PROPRJETA` - ARTIKOLU 22A KAP. 101
Fil-Qosor
Riferenza kostituzzjonali ta' Qorti lill-Prim' Awla tal-Qorti Civili fil-Gursidzzjoni Kostituzzjonali taghha ghandha tkun maghmula b'mod li l-ordni tar-riferenza jkun fih b'mod konciz u car il-fatti li jaghtu lok ghall-kwestjoni. Dan huwa mixtieq biex il-Qorti kostituzzjonali riferuta jkollha parametri cari u precizi li fuqhom taghmel l-istharrig taghha tal-kwestjoni mqanqla u mibghuta lilha mill-Qorti riferenti. Imma l-ligi ma tghidx li r-riferenza ma tkunx tghodd jekk kemm-il darba d-degrietjew ordni tar-riferenza ma jkunx motivat jew ma jkunx f'forma partikolari.

Il-kriterju ta'frivolezza u vessatorjeta' huwa element indispensabbli biex kwestjoni mqanqla tigi mghoddija lill-Prim' Awla tal-Qorti Civili fil-funzjoni kostituzzjonali taghha, imma ladarba Qorti tkun ghamlet ordni bhal dak, wiehed jifhem li tkun fl-istess waqt qieset li l-kwestjoni mqanqla la kienet wahda fiergha u lanqas wahda vessatorja.

Dan ma jfissirx li, ladarba Qorti riferenti ma tkunx qieset kwestjoni kostituzzjonali mqanqla bhala wahda fiergha u biex iddejjaq, dan se' jorbot idejn il-Qorti ta' gurisdizzjoni kostituzzjonali milli, wara li tistharreg sewwa l-ilment, issib li l-kwestjoni kienet fil-fatt hekk. Ordni ta' riferenza jkun dejjem jimplika li l-Qorti riferenti ma qisitx il-kwestjoni mqanqla bhala wahda fiergha u biex iddejjaq.

Ladarba l-kaz tressaq quddiemha permezz ta' riferenza minn Qorti ohra, ma tistax taghzel li ma tezercitax is-setgha kostituzzjonali taghha milli tqis l-aspetti kostituzzjonali tar-riferenza. Dan jinghad ghaliex ir-riferenza nnifisha torbot lill-Qorti ta' gurisdizzjoni kostituzzjonali li tiddecidi l-kwestjoni riferuta u ma tapplikax ghalihad-diskrezzjoni li hija miftuha ghal din l-istess Qorti taht l-artikolu 46(2) tal-Kostituzzjoni (jewl-artikolu 4(2) tal-Kap 319) meta l-kawza tkun tressqet b'rikors mill-persuna aggravata.

Hawnhekk l-ilment imqajjem mir-rikorrent kien li ordni ta' sekwestru ai termini ta' l-artikolu 22A tal-Kapitolu 101 tal-Ligijiet ta' Malta kien leziv tad-drittijiet tieghu ghat-tgawdija ta' gidu taht il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni.

Ordni ta' sekwestru taht l-artikolu 22A ma jghaddix il-proprjeta' tal-gid milqut bih mis-sid lill-Gvern. Dan jigri biss skond l-artikolu 22(3A), imma f'kaz li jkun hemm decizjoni finali ta' sejbien ta' htija tal-imputat. Ma jidhirx li tista' tinghata tifsiraohra ghal din il-konkluzjoni, billi l-artikolu 22A(1)(b) jghid ukoll li fl-ordni ta' sekwestru l-persuna akkuzata tigi ipprojbita milli tittrasferixxi jew b'mod iehor tehles minn gidha sakemm l-ordnijibqa' fis-sehh. Li kieku l-ordni kellu l-effett ta' tehid tal-proprjeta' ma kienx ikun hemm ghalfejn ikollu l-imsemmija projbizzjoni, billi hadd ma jista' jew ghandu ghalfejn jigi mizmum milli jehlesminn gid li ma jkunx aktar tieghu.

Minbarra dan, l-ordni ghandu hajja limitata, li ma kienxikun il-kaz kieku l-effetti tieghu kienu jikkonsistu f'tehid ta' proprjeta' konsistenti fi trasferiment taghha. Kemm hu hekk, ordni taht l-artikolu 22A jibqa' jsehh biss ghal zmien limitat u sakemm ikunu ghadhom mexjin il-proceduri li dwarhom persuna tkun mixlija.

Ma jista' jinghad bl-ebda mod li l-artikolu 22A tal-Kapitolu 101 tal-Ligijiet ta' Malta jikser b'xi mod l-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni.

L-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll umbaghad fih tliet regoli. L-ewwel regola tistabilixxi d-dritt li kull persuna (kemm fizika u kif ukoll morali) tgawdi hwejjigha bil-kwiet. It-tieniregola trid li biex persuna ma tithalliex tgawdi hwejjigha bil-kwiet irid ikun hemm interess pubbliku u bla hsara ta' kundizzjonijiet mahsuba fil-ligi u l-principji generali ta' dritt internazzjonali. It-tielet regola trid li l-ewwel zewg regoli ma jnaqqsux il-jedd tal-Istat li jwettaq ligijiet lijkunu xierqa biex (a) jikkontrolla l-uzu tal-gid skond l-interess generali, jew (b) biex jizgura l-hlas ta' taxxi, kontribuzzjonijiet jew pwieni.

L-imsemmi artikolu jirreferi ghall-interess pubbliku jew generali, u mhux ghas-skop pubbliku, u huwa dan il-kriterju tal-interess li huwa l-qofolu jholl u jorbot jekk ghemil jiksirx dak l-artikolu konvenzjonali.

Huwa stabilit li biex indhil fit-tgawdija tal-gid ta' persuna jkun gustifikat fl-interess generali, irid jintwera li hemm utilita' konkreta ghal dak l-indhil, u mhux semplici ipotesi ta' bzonn jew aspirazzjoni. Minbarra dan,l-interess generali jew pubbliku ghandu jibqa' jsehh ghaz-zmien kollu tal-indhil fit-tgawdija tal-gid tal-persuna.

L-interess generali f'ordni ta' sekwestru mahrug taht l-artikolu 22A tal-Kap101 johrog mir-regola generali li, fejn hemm is-suspett li twettaq reat, it-tehid ta' mizuri konservattivi mahsuba biex, safejn huwa possibbli, ma jithalliex li gid jew patrimonju li jkun il-frott ta'xi attivita' kriminali ma jisfaxxax fix-xejn jew jinheba, huwa dejjem fl-interess tas-socjeta' in generali. Ghalhekk, ordni bhal dan jissarraf f'mizura procedurali kawtelatorja, temporanja u mehtiega, sakemm jintemmu l-proceduri kriminali li tahthom ikun inghata dak l-ordni. Ordni bhal dak jista'jixxiebah ma' mandat ta' sekwestru kawtelatorju bhalma wiehed isib fil-qafas ta' procediment civili;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni