Reference: 771/2000/1

Judgement Details


Date
09/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
ZAMMIT JOSEPH vs DINGLI CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS GURIDIKU, INTERESS F`AZZJONI BHALA BAZI TA` AZZJONI ULTERJURI - RITRATTAZZJONI, PROVI FOLOZ
Summary
L-Artikolu 811(j) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jippreskrivi illi tista' tintalabir-ritrattazzjoni tal-kawza:

"Jekk is-sentenza tkun giet deciza fuq provi li b'sentenza moghtija wara, jigu dikjarati foloz, jew, li jkunu gew hekk iddikjarati b'sentenza moghtija qabel, izdal-parti telliefa ma kienitx taf b'dan il-fatt."

Din kienet kawza fejn l-attur talab dikjarazzjoni li x-xhieda tal-konvenut fi proceduri quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera (eventwalment konfermati mill-Qorti ta' l-Appell) kienet falza sabiex ikun jista' jitlob ir-ritrattazzjoni tal-kawza permezz ta' proceduri ad hoc.

Il-Qorti qieset li in kwantu din l-azzjoni kienet pre-ordinata ghalohra (il-kawza ta' ritrattazzjoni vera u proprja) kellha tindaga jekk ir-ritrattazzjoni kienetx eventwalment possibbli.

F'dan ir-rigward intqal li biex kawza tkun tista' tigi validament ritrattata fuq il-motiv ta' falsita` ta' provi ai termini ta' l-Artikolu 811(j) tal-Kapitolu 12 jehtieg lil-pretiza falsita` ma setghetx tigi opposta fil-gudizzju li tieghu l-parti interessata tkun trid titlob ir-ritrattazzjoni.

Ghalkemm din ir-regola tidher apparentement espressa mil-ligi biss fil-kuntest ta' ritrattazzjoni ta' kawzi decizi fl-ewwel grad, din ir-regola hija applikabbli wkoll fil-kuntest ta' ritrattazzjonijiet ta' kawzi decizi mill-Qorti ta' l-Appell. Zgur ma kienitx l-intenzjoni tal-legislatur li jippermetti li xi parti tigi mhollija tressaq provi godda biex tattakka sentenza moghtija fi grad ta' appell, meta dik il-parti kienet f'pozizzjoni li tressaq dawk l-istess provifil-kawza li s-sentenza taghha issa qieghda tattakka. Altrimenti, il-principju ta' l-istabilita` tal-gudikati jista' jigi mxejjen.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info