Summary
Specjalment fejn si tratta ta' xi personalitajiet pubblici, bhal ma huma persuni fil-qasam tal-politika, dawn jesponu ruhhom aktar minn haddiehor ghall-skrutinju f'kull haga li jghidu jew li jaghmlu,u, ghalhekk, ghandhom jkunu preparati ghall-dan u juru sens akbar ta' tolleranza.
Effettivament l-importanza ta' media libera w indipendenti bhala pedament fondamentali w necessarju ghad-demokrazija hu fatt rikonoxxut w accettat certament ma' l-Ewropa kollha. B'dana kollu, izda, jezisti dibattitu shih jekk ghandhux ikun hemm, u jekk hemm, safejn ghandhom jaslu, il-limiti ta' din il-liberta' moghtija lill-media, cioe', x'inhuma ezattament id-drittijiet u responsabilitajiet tal-media, tal-gurnalist. Tali drittijiet ta' liberta' ta'espressjoni w stampa ghandhom jinghataw lill-gurnalist sabiex hu ikun jista' jesercita' l-professjoni tieghu adegwatament, bla xkiel u interferenzi, u biex,eventwalment, jghaddi informazzjoni, analisi jew kritika lis-socjeta, lill-pubbliku. Din hi l-funzjoni, u anke l-obbligu, ta'kull gurnalist professjonali, cioe' li jghaddi tali informazzjoni, analisijew kritika lill-pubbliku li, minn naha tieghu, ghandu d-dritt ghal tali informazzjoni, analisi jewkritika.
Mill-banda l-ohra, pero', indubjament dan id-dritt tal-gurnalist mhuwiex bla ebda limiti. Jekk xejn, kull gurnalist ghandu dawk li jissejhu 'ethical duties', li, effettivament, jikkostitwixxu l-limiti tad-dritt ta' l-espressjoni libera jew bla xkiel. F'hafna pajjizi, dawn il-limiti jew restrizzjonijiet huma stipulati fil-ligi, permezz ta'ligijiet li jkopru partikolarment reati bhaldak ta'difamazzjoni, ta'razzismu, u simili; izda f'hafna pajjizi ohra, ma hemm xejn bil-miktub x'inhuma dawn ir-restrizzjonijiet jew 'ethical duties', izda jithallew biss bhala kwistjoni ta' dak lijissejjah 'self-regulation', cioe', li gurnalist professjonali suppost minn jeddu w wahdu ghandu jkun jaf safejn ghandu jasal fl-informazzjoni, fil-kritika jew analizi li jghaddi lill-pubbliku.
Fil-fatt it-tieni parti ta' l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea jsemmi xi cirkostanzi fejn dan id-dritt fondamentali tal-liberta' ta' l-espressjoni jista' jigi ristrett, fosthom fejn si tratta ta'protezzjoni ghar-reputazzjoni w drittijiet tal-persuna. Ghalhekk, filwaqt li huwa minnu li l-gurnalist ghandu d-dritt u l-obbligu li jircievi u minghajr xkiel jew interferenzi jghaddi informazzjoni lis-socjeta, li ghandha d-dritt li tircevi tali informazzjoni, sabiex tasal ghall-gudizzju taghha, mill-banda l-ohra, dan id-dritt ghall-espressjoni libera u minghajr interferenzi mhux xi dritt assolut. L-imsemmi Artikolu 10, fit-tieni parti tieghu, jirrikonoxxi d-dritt tal-persuna li tiddefendi ruhaminn xi forma ta' gurnalizmu jew stampa li jhammeg ir-reputazzjoni jew drittijiet tieghu. Ghalhekkhuwa permess ghal kulhadd, mhux biss ghall-awtoritajiet pubblici, li jiehu dawk il-passi kontra minbil-kitba jaghmel hsara lir-reputazzjoni tal-persuna.
Veru li l-Artikolu 10 isemmi biss "Public Authority", izda il-Qorti Ewropea rreteniet li anke l-individwu ghandu d-dritt li jinterferixxijew jagixxi personalment biex jipproteggi l-interessi tieghu. Dan qed jinghad irrespettivament mill-principju fuq imsemmi stabbilit dwar il-grad ghola ta' tolleranza li ghandhom ikollhom persuni pubblici bhal ma huma l-politici. Hija l-Qorti li imbaghad ghandha tara jekk dan il-principju japplikax f'xi kaz partikolari li jkollha quddiemha. Izda, minkejja dan, xorta jibqa l-fatt li l-Artikolu 10, filwaqt li jirrikonxxi w jipproteggi d-dritt tal-liberta' ta' espressjoni minghajr interferenzi, ghaliex dan huwa essenzjali biex ikun hemm socjeta' demokratika, u ghall-esercizzju u qadi tal-professjoni tal-gurnalist, minn naha l-ohra, specjalment fit tieni parti tieghu, jaccetta li dan id-dritt mhux xi wiehed assolut. Dan necessarjament ifisser li minbarra drittijiet, il-gurnalist ghandu wkoll responsabilitajiet, cioe' doveri sabiex b'dak li jikteb jassigura li ma jaghtix lok ghal xi wahda mic-cirkostanzi msemmija f'din il-parti ta' dan l-Artikolu 10 tal-Konvenjzoni Ewropea.
Jibqa` l-fatt ghalhekk li dan l-Artikolu 10 jiggarantixxi mhux biss id-dritt tal-gurnalist li liberament, blaxkiel jew interferenzi minn xi awtorita' pubblika jew xi individwu jew grupp ta' individwi, jew simili, jghaddi informazzjoni, analisi jew kritika lill-pubbliku, izda jiggarantixxi wkoll li l-istess pubbliku ghandu d-dritt ghal din l-informazzjoni, analisi jew kritika, tkun xi tkun, kemm ta' naturapolitika kif ukoll ta' interess generali. Tali dritt, izda, mhux xi wiehed bla ebda limiti. L-istessArtikolu 10, fit-tieni parti tieghu, jghid b'mod ferm car safejn jista' jasal il-gurnalist, x'inhuma dawk ic-cirkostanzi li jippermettu lil xi hadd li jinterferixxi f'dan id-dritt ta' espressjoni libera, cirkostanzi li juru li, jekk javveraw ruhom, il-media jew il-gurnalist ikun oltrepassa il-livell ta' "accepted jew acceptable criticism". Dawn huma cirkostanzi li joholqu l-bilanc, l-element tal-bzonn jew tal-necessita, tal-proporzjonalita', rikjest bejn id-dritt ta' espressjoni libera tal-gurnalist, tal-media, u d-dritt ta' Istat jew tal-persuna li tipproteggi lilha nnifisha. Irid ikun hemmdan is-sens ta'bilanc sabiex verament tezisti socjeta' demokratika. Ghalhekk kull pajjiz demokratiku jaghmel dawk il-ligijiet, bhal ma hi l-ligi tad-difamazzjoni u tal-libell, skond il-htigijiet tieghu sabiex jipproteggi l-interessi u reputazzjoni ta'terzi. Hu l-obbligu ta' kull pajjiz demokratikuli jara hu kif ghandu jipproteggi d-drittijiet tac-cittadini tieghu, dan dejjem in linea mal-kriterji w linji ta'gwida msemmija fit-tieni parti ta' l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea. Jekk persunathoss li l-media tkun qabzet il-limiti ta' "acceptable criticism" fil-konfront taghha, b'mod li xi drittijiet taghha jew ir-reputazzjoni taghha huma lezi, din, allura, ghandha kull dritt tagixxi kontra dak il-mezz tal-media.