eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 109/2001/1
Download
Judgement Details
Date
23/07/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs AGIUS RONALD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Linked Case
IL-PULIZIJA vs AGIUS RONALD - 109/2001/1 - OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
ESTRADIZZJONI, PROVI GODDA FL-APPELL
Summary
Il-proceduri ta' estradizzjoni fil-ligi taghna, ma humiex proceduri li fihom persuna tigi imputata jew akkuzata b'reat. Izda huma intizi biss sabiex jigi stabbilit jekk hemmx il-presupposti fattwali uformali skond il-ligi (inkluza l-Kostituzzjoni - Art. 43) sabiex tintlaqa' it-talba ta' pajjiz barrani ghat-treggigh lura lejn dak il-pajjiz ta' persuna partikolari.
Isegwi, ghalhekk, li l-proceduri ta' estradizzjoni quddiem il-Qrati ta' Gustizzja Kriminali huma proceduri sui generis, regolati b'ligi specjali, (l-Att dwar l-Estradizzjoni, Kap. 276). Certament mhux applikabbli ghal proceduri ta' estradizzjoni l-Artkolu 5 tal-Ordinanza dwar it-Tifsir tal-Pieni (Kap. 23), peress li din il-ligi tirrigwarda biss reati li huma gudikabbli mill-qrati Maltin u hi limitata ghal kwistjonijiet ta' piena ghal tali reati. Id-disposizzjonijiet tat-Tieni Ktieb tal-Kodici Kriminali huma applikabblighal proceduri ta' estradizzjoni fil-limiti ta' dak li jistabilixxi l-Att dwar l-Estradizzjoni.
Jidher car li l-qorti rimandanti, ghalkemm ghandha s-setghat (safejn dawn huma kompatibbli mal-proceduri ta' estradizzjoni) ta' Qorti Istruttorja, ma tikkonducix istruttorja kif jipprovdi l-KodiciKriminali, izda ghandha funzjoni u kompitu specjali moghti lilha proprju taht u skond il-Kap. 276.Jidher car li l-mod li l-legislatur Malti ried li jigu trattati l-proceduri ta' estradizzjoni, sia quddiem l-ewwel qorti - il-qorti rimandanti - kif ukoll quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali, hu differenti minn kif jigu trattati kawzi fejn persuna tkun imputata jew akkuzata b'reat quddiem xi wahda mill-qrati taghna.
Din id-differenza tidher ukoll fis-subartikolu (3) ta' l-Artikolu 22 tal-Kap. 276. Kieku l-legislatur ried li quddiem il-Qorti ta' l-Appell Krminali f'materja ta' estradizzjoni ikun applikabbli l-Artikolu 424 tal-Kodici Kriminali kien jew jaghmel referenza espressa ghaldak l-artikolu, jew ma kien jghid xejn dwar il-provi fl-appell u wiehed kien jista' allura jargumenta li japplika dak l-artikolu. Izda l-legislatur ghazel li jipprovdi xort'ohra; ghalzel li jipprovdiproprju b'mod differenti minn dak li jipprovdi l-imsemmi Artikolu 424. In fatti, is-subartikolu (3)in dizamina jipprovdi espressament li "Il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Avukat Generali, skond il-kaz ikun jista' kif ukoll tkun tista' l-persuna li t-treggigh lura taghha ikun qed jigi mitlub, tipproduci provi quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali wkoll jekk dawk il-provi ma jkunux ingiebu quddiem il-qorti rimandanti". Din id-disposizzjoni, fil-fehma tal-Qorti, ma taghti lok ghal ebda interpretazzjoni; hi disposizzjoni cara, u ma taghmel ebda distinzjoni bejn jekk il-parti li tkun trid tipproduci dawk il-provi kienitx taf jew ma tafx b'dawk il-provi meta l-proceduri kienu ghadhom quddiem il-qorti rimandanti, jew jekk setghet jew ma setghetx iggibhom quddiem dik il-qorti.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It