Referenza: 148/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/03/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GAFA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZBALL FIL-KOPJA TAR-RIKORS T APPELL
Fil-Qosor
Kif huwa ben saput, dak li hu rilevanti huma l-atti processwali, fis-sens li huma biss dawk l-atti li jinsabu fl-inkartament tal-proceduri li ghandhom valur u li fuqhom ghandha toqghod il-Qorti w kullmin jkun involut f'dawk il-proceduri.

Il-kopja tar-rikors t'appell li giet notifikata lill-appellat sservi biss biex hu jkun jaf li sar appell f'dawn il-proceduri minn naha tal-Avukat Generali u sabiex hu jkun jista' jirregola ruhu. Dik il-kopja ma ghandha ebda forza legali li torbot. Hijabiss avviz lill-appellat, bhal ma hija biss ‘avviso da comparire' ic-citazzjoni li persuna tigi notifikata biha, biex jekk trid, tidher quddiem il-Qorti u twiegeb ghall-akkuzi li jkunu sarulha. Il-kopja tar-rikors' t'appell tal-Avukat Generali f'dan il-kaz m'ghandha ebda forza legali fis-sens li matifformax parti mill-atti processwali jew l-atti li hemm fl-inkartament.

Tant hu hekk li l-appellat notifikat jista', jekk irid, lanqas biss jidher quddiem din il-Qorti w jwiegeb b'xi mod ghar-rikors ta' appell tal-Avukat Generali, f'liema kaz is-smiegh ta' dak l-appell jista' jitmexxa anke fl-assenza tal-appellat. Dak li jorbot lil din il-Qorti, kif ukoll lill-appellant u lill-appellat, uli fuqu jridu jittmexxew dawn il-proceduri, huwa ir-rikors t'appell tal-Avukat Generali li hemm fl-atti, kif koreggut, u li gie prezentat fit-13 ta' Gunju, 2000. Dan ifisser li legalment ma kien hemmebda bzonn li anke l-kopja tar-rikors t'appell tal-Avukat Generali tigi koreguta bhal ma sar fir-rikors t'appell originali li qieghed f'dawn l-atti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni