Reference: 2637/1997/1

Judgement Details


Date
11/07/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs GAUCI ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ELEMENTI TA` - MANDAT, OPPOSIZZJONI GHALL-EZEKUZZJONI TA`
Summary
Il-Ligi tiddisponi li certi atti jikkostitwixxu disprezz lejn l-Awtorita` tal-Qorti u tippreskrivi l-pieni li ghandhom jigu nflitti fuq min jinsab li jkun ikkommetta xi att minn dawk. F' dawn il-kazijiet il-ligi tispecifika l-pieni tac-canfira, ta' l-ammenda jew multa, jew tad-detenzjoni preskrittimill-Kodici Kriminali.

Proceduri ghal disprezz huma ta' indoli kriminali. Il-fatt li l-istess procediment gie introdott b' citazzjoni, cioe` l-att li ordinarjament jintuza f' azzjonijiet civili, u ma jnehhi xejn minn natura kriminali. Ic-citazzjoni f' dan il-kaz ma hija xejn hlief it-tahrika ta' "l-akkuzat" biex jidher biex iwiegeb ghall-akkuza.

Hadd ma jista' jaghmel opposizzjonighall-ezekuzzjoni ta' mandat, hlief wara li tkun saret l-ezekuzzjoni.

Huwa ormai stabbilit illi sabiex taghmel din l-opposizzjoni ma huwiex necessarju li wiehed juza' xi vjolenza partikolari,jew ikun aggressiv, izda bizzejjed kull att li jimpedixxi b'xi mod lill-Marixxall Esekutant li jesegwixxi l-ordni moghtija lilu mill-Qorti, u kull forma ta' ostakolu f'dan is-sens iservi ta' opposizzjoni tal-istess ordni u ghalhekk disprezz lejn l-Awtorita' tal-Qorti.

Hija gurisprudenza konstanti li ghalkemm il-htija tibqa', it-talba ghall-iskuza tista' timmitiga l-htija ta' min jikkomettiatt ta' disprezz lejn l-Awtorita' tal-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info