Reference: 2095/2003/1

Judgement Details


Date
20/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
UNTOURS INSURNACE AGENTS LIMITED NOE vs ZARB SALVATORE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, SURROGA - MINN META TIBDA SSEHH FIL-KONFRONT TAD-DANNEGGJANT - SURROGA, EFFETTI TA` - SURROGA, MINN META TIBDA SSEHH FIL-KONFRONT TAD-DEBITUR
Summary
Is-surroga ta' assiguratur fid-drittijiet ta' l-assigurat iggib successjoni partikolari fil-kreditubit-trasferiment lill-assiguratur tad-drittijiet li kellu l-assigurat naxxenti ex-delicto kontra minikkagonalu d-dannu. B' konsegwenza, l-assgurazzjoni hi legittimata li tagixxi bis-sahha tas-surroga kontra t-terz kolpevoli;

Dan ifisser illi bis-surroga l-assigurazzjoni takkwista b' titoluderivattiv id-drittijiet li kellu l-assigurat, bl-istess kontenut u limiti li fihom kienu dawn l-istess drittijiet fil-mument tas-surroga. Ghaldaqstant l-assigurazzjoni tissubentra fl-identika posizzjoni, sostanzjali u processwali, tad-danneggjat di fronte ghad-danneggjant;

Naturalment, l-awtur tal-fatt illecitu, imsejjah fil-gudizzju mill-assigurazzjoni tad-danneggjat li tkun qed tagixxibil-fatt tas-surroga, jista' jopponi lill-assigurazzjoni l-eccezzjonijiet kollha li kienu jkunu opponibbli fil-konfront ta' l-assigurat-danneggjat;

Jinsab dibattut fid-dottrina l-kwestjoni jekkl-assiguratur jistax jitqies cessjonarju tal-kreditu (intiza din il-kelma f' sens wiesgha) li kellul-assigurat fil-konfront tieghu taht il-polza. M' hemmx dubju illi s-surroga tiddistingwi ruhha mic-cessjoni tal-kreditu in kwantu tippresupponi l-hlas tad-debitu, mentri fic-cessjoni l-prezz pattwit (Artikolu 1469, Kodici Civili) ma ghandux funzjoni rizoluttiva tad-debitu pre-ezistenti. Huwa sostenut, pero`, li d-disposizzjonijiet tac-cessjoni tad-drittijiet jistghu jigu biss ritenuti applikabbli in parte ghas-surroga. Dan fis-sens li ghall-effikacja tas-surroga d-debitur, ossija t-terz responsabbli, ghandu jigi komunikat lilu mill-assiguratur il-fatt tas-surroga;

Jinsab ukoll precizat illi jekk l-assiguratur ma jaghmelx tali komunika, id-dannegjat allevolja jkun irceva l-indennita` assigurattiva, ikollu d-dritt li jagixxi ghar-rizarciment kontra t-terz responsabbli minghajr madan jista' jopponilu l-fatt tal-hlas tal-indenniz mill-assigurazzjoni;

Is-surroga ta' l-assiguratur ma toperax ruhha awtomatikament izda ghal dik li hi l-effikacja taghha hi sottoposta ghall-kondizzjoni li l-assiguratur jirrikjedi lid-danneggjant ir-rimbors tad-danni mhallsa.

Ghalhekkittra ufficjali mibghuta mid-danneggjat anki wara li tkun saret is-surroga, izda qabel tali talba mill-assigurazzjoni surrogata fid-drittijiet ta' l-assigurat, hija effikacji u tinterrompi l-preskrizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info