Reference: 17/2000/1

Judgement Details


Date
20/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA JOSEPH ET vs LICARI BERNARDETTE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, ASSENJAZZJONI TA` - MHUX NECESSARJAMENT TINKLUDI L-KIRJA TAL-FOND MINN FEJN TIGI GESTITA L-AZJENDA - AZJENDA KUMMERCJALI, UNIVERSITAS RERUM
Summary
Mhux kull cessjoni ta' sehem mill-avvjament u ta' l-assi azjendali necessarjament u dejjem timportacessjoni ta' l-inkwilinat ukoll. Huwa veru li l-kuntratti huma dawk li jirrizultaw fil-fattijiet umill-vera natura taghhom u mhux mill-isem li l-kontraenti jghogobhom jaghtuhom.

Izda, kull kaz irid jigi mizurat u valutat fl-ambitu tal-fattezzi partikolari tieghu;

Hi gurisprudenza ormaj pacifika li ssostni d-distinzjoni bejn il-kirja tal-fond ut sic u l-gestjoni tan-negozju kummercjali fih kondott. "Dan vwoldiri illi jista' jinghata l-kaz illi n-negozju gestit f' post mikri jista' jigi cedut jew trasferit mill-kerrej lil haddiehor u fl-istess hin il-kerrej izomm l-inkwilinat ghalkemm l-uzu tal-fond jigi anki koncess lill-akkwirent tan-negozju. Jekk dan ikunx gara jew le, jiddependi mic-cirkostanzi partikolari tal-kaz, mehud rigward ta' l-intenzjoni tal-partijiet".

Dak li hu cert, pero`, hi li ma tezisti ebda bazi ta' xi presunzjoni illi t-trasferiment ta' l-avvjament tikkomprendi ta' bilfors it-trasferiment tal-kirja. Ir-rapporti patrimonjali interni bejn il-komponenti ta' l-azjenda huwa haga u l-kirja, esterjorizzata mir-rapport lokatur-konduttur, hi haga ohra. Wiehed irid ihares lejn dak li fl-intendiment tal-kontraenti kien l-obbjettiv preponderanti u sostanzjali tal-kuntratt;

L-azjenda kummercjali ma hix il-lokal fejn hi s-sede taghha izda hija organizmu ekonomiku, "universitatis rerum facti", kumpless ta' hafna elementi flimkien, konsistenti fis-sede, fl-avvjament, l-isem tad-ditta, fil-klijentela, fil-fiducja li tgawdi mal-klijenti, fil-kreditu li ghandha fil-pjazza, fil-makkinarju, fl-ghodod, u l-merci li bihom tahdem, u f' dak kolluli huwa destinat ghall-ezercizzju tal-kummerc jew industrija li jifforma l-oggett u l-iskop taghha.

Is-sanzjoni tal-ligi fl-Artikolu 9 tal-Kapitolu 69 li tivvjeta t-trasferiment tal-kirja minghajr il-kunsens espress tas-sid trid tigi mizmuma fil-limiti gusti u mhux applikata ndiskriminitamentb' mod li tigi michuda l-protezzjoni moghtija mill-istess ligi specjali lill-kerrej anke fejn si tratta minn kaz verament genwin. Hu taghlim siewi illi meta "r-rizoluzzjoni ta' kwistjoni timporta dekadenza tal-parti mid-drittijiet taghha, il-provi tal-parti avversa ghandhom ikun konkludenti, u mhux lecitu li tigi lilhom moghtija interpretazzjoni estensiva".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info