Reference: 881/1999/1

Judgement Details


Date
28/06/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ZAMMIT HUGH P NOE vs FARRUGIA KEITH
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, KRITERJI GHAL DETERMINAZZJONI TA` RESPONSABILITA` - KOLLIZJONI, SKID RESPONSABILITA` GHAL - KOLLIZJONI, SORPASS
Summary
F'materja ta' determinazzjoni ta' responsabilita' ghall-incident awtomobilistiku l-Qorti ghandha dejjem tiggudika a bazi ta' dak li jirrizultalha li kienet il-kawza prossima u immedjata tieghu u tapplika ghalih ir-regoli li s-sewwieqa kienu obbligati josservaw u jobdu. F'materja ta' sewqan huma r-regolamenti u t-tharis u l-ksur taghhom li jaddebitaw ir-responsabilita' u mhux l-ekwita' u gudizzju approssimattiv. Huma dawn ir-regolamenti li ghandhom jigu rigidament applikati. Dan biex jigi assigurat l-ordni, fir-rispett ta' l-istess regolamenti, li wahdu jista' jipprevjeni l-incidenti.

Meta wiehed jaghmel sorpass dan ghandu jiehu r-resposabilita' tal-istess manuvra tieghu, u dan ifisser li persuna ragonevoli ghandha tiddesisti milli taghmel l-istess manuvra meta din tkun tista' jew ser tikkawza perikolu lill-istess sewwieq u lill-utenti l-ohra tal-istess triq, tant li f'certu cirkostanzi fuq elenkati fil-Highway Code, u kkonfermati fil-gurisprudenza nostrali, huwa imprudentili tigi ttentata l-istess manuvra. Fil-fatt f'kaz ta' dubju wiehed ghandu jiddesisti milli jaghmel tali manuvra, stante li l-prudenza hija l-bazi tas-sewqan regolat u responsabbli.

Skond il-gurisprudenza nostrali "skid" ta` vettura hija ghal kollox newtrali, fis-sens li fiha infisha la tindika responsabbilita' u lanqas nuqqas taghha fir-rigward tas-sewwieq tal-istess vettura, izda sabiex wiehed ikun jista' jattribwixxi r-responsabilita' ghas-sewqan f'kaz ta' skid wiehed irid ihares lejn dawk ic-cirkostanzi kollha li kkawzaw l-istess skid, liema cirkostanzi ovvjament imbaghad jindikaw ir-responsabilita' o meno fis-sewqan tal-persuni involuti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info