Referenza: 33/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/04/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CURMI VINCENT NOE vs BONACI JOHN BOSCO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KAP 12: ARTIKOLU 811 - RITRATTAZZJONI
Fil-Qosor
L-istitut ta' ritrattazzjoni huwa regolat fit-Titolu IV tat-Tielet Ktieb tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Dan ir-rimedju, li gie dejjem rikonoxxut bhala wiehed ta' natura straordinarja, jista' jigi biss invokat biex tigi evitata ingustizzja cara u palezi u dejjem limitatament ghalxi wahda mir-ragunijiet imsemmija fl-Artikolu 811 tal-Kap 12, kif tassattivament jiddisponi l-Artikolu 813. Izda nkwantu dan ir-rimedju jammonta ghal deroga mill-principju res judicata pro veritate habetur, ghandu jinghata interpretazzjoni restrittiva.

Ir-rikorrenti odjerni qed jibbazaw it-talba taghhom ta' ritrattazzjoni fuq tlett paragrafi tal-Artikolu 811 tal-Kap 12. In linea generali jipprovdi li kawza deciza b'sentenza moghtija fi grad ta' appell tista', fuq talba ta' wahda mill-partijiet li jkollha interess, tigi ritrattata, wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza. L-artikoli li jikkoncernaw din it-talba huma s-segwenti:

Art. 811(c); jekk wahda mill-partijiet fil-kawza ma tkunx persuna legittima, kemm-il darba ma tkunx giet moghtija u deciza l-eccezzjoni ta' illegittimita`;

Art. 811(e); jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin; ‘biss f'dan il-kuntest jinghad li' ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skont il-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-qorti tkun espressament tat-decizjoni;

Art. 811 (i); jekk fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin.

Fis-sentenza ta' din il-Qorti tal-21 ta' Jannar, 2004, li dwarha qed issir talba ghar-ritrattazzjoni, din il-Qorti fl-ewwel lok osservat illi l-appellanti ma kienu taw ebda ragunighala huma kienu qed jissottomettu illi l-imsemmija decizjoni contrario imperio .. ma kienetx regolari u konsentita mil-ligi, biss kompliet tghid li “tifhem illi dina s-sottomissjoni tal-appellanti hija bazata fuq il-proviso tal-artikolu 33 tal-Kap 69 illi jiddisponi hekk:
“Izda r-rikorrent jista', fi zmien sitt ijiem minn dik id-decizjoni, jaghmel rikors lill-Bord biex it-talba tieghu tigi mismugha mill-gdid, kemm-il darba hu jissodisfa lill-Bord bir-raguni li jaghti talli jkun naqas li jidher.”

Dan premess, it-talba ghar-revoka tad-decizjoni contrario imperio ma gietx milqugha minn din il-Qorti.

Is-subinciz (e) tal-Artikolu 811 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u ProceduraCivili jaghti d-dritt ghar-ritrattazzjoni meta s-sentenza tkun applikat il-ligi hazin. Izda ghandujitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skont il-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-qorti tkun espressament tat decizjoni.

Fir-rikors promotur qed jinghad li s-sentenza ta' din il-Qorti tal-21 ta' Jannar 2004 tikkontjeni disposizzjonijiet kontra xulxin u applikat il-ligi hazin, fir-rigward tac-cahda tal-aggravju dwar ir-revoka contrario imperio tad-decizjoni tal-Bord tal-21 ta' Jannar 1998.

Kif sewwa osserva l-intimat fir-risposta tieghu f'dawn il-proceduri, fil-gurisprudenza nostrana dwar dan il-kap ta' ritrattazzjoni ucioe` dak bazat fuq mala applicazione della legge dejjem gie ritenut “illi sabiex talba ghal ritrattazzjoni bbazata fuq din id-disposizzjoni tista' tirnexxi jrid jkun kaz fejn ikun jidher li l-Qorti applikat disposizzjoni tal-ligi flok ohra li kellha tigi proprjament applikata” u mhux “li applikat il-ligijiet it-tajba b'mod hazin.”

Minn ezami akkurat tar-rikors promotur ma jirrizultax li‘test' hawn fuq enuncjat gie sodisfatt inkwantu f'ebda parti tar-rikors ma hu qed jigi citat xi provvediment tal-ligi li kellu jigi applikat. Fil-konsiderazzjonijiet ta' din il-Qorti fis-sentenza attakkata, jidher li sar apprezzament korrett tas-sitwazzjoni li kienet inholqot bid-decizjoni zbaljatali kienet giet pronunzjata mill-Bord li Jirregola l-Kera meta fil-21 ta' Jannar 1998, cahdet it-talba tar-rikorrenti a tenur tal-Artikolu 33 tal-Kap 69 wara li kkonstatat li la r-rikorrenti u lanqas id-difensur taghhom ma kienu deheru meta ssejhet il-kawza. Infatti l-interpretazzjoni moghtija minn din il-Qorti fis-sentenza attakkata, liema interpretazzjoni mhux sindakabbli fi stadju ta' procedurighar-ritrattazzjoni, ma tinkwadrax bhala raguni valida ghat-talba ta' ritrattazzjoni a tenur tas-subinciz fuq citat. Inoltre jizdied li tali interpretazzjoni kienet wahda korretta billi ghalkemm id-decizjoni tal-Bord li Jirregola l-Kera kienet moghtija a tenur ta' l-Artikolu 33 tal-Kap 69, ir-rekwiziti ghar-riappuntament tal-kawza imsemmija fil-proviso ma kienux applikabbli ghal kaz inkwantu, kifosservat din il-Qorti “ma setghax jinghad illi r-rikorrent naqas illi jidher ghas-smigh tar-rikors.” Dan l-aggravju ghalhekk qed jigi michud.

Dwar l-aggravju bazata fuq l-Artikolu 811 (i) fejn qed jigi allegat li s-sentenza fiha disposizzjonijiet kontra xulxin, jigi rilevat li l-gurisprudenza nostrana dejjem irriteniet li biex ikun hemm raguni ghar-ritrattazzjoni dawn id-disposizzjonijietkontradittorji jridu jinstabu fil-parti “disposittiva” u mhux fil-motivi tas-sentenza. Minn ezami tal-parti dispostiva tas-sentenza attakkata jidher li ma hemm ebda disposizzjonijiet kontradittorji nkwantu b'dik l-istess sentenza l-appell interpost kien semplicement qed jigi michud. Dan l-aggravjuukoll ghalhekk qed jigi michud.

Qed jigi sottomess finalment li s-sentenza attakkata makienetx skont il-ligi ghaliex kienet applikat il-ligi hazin billi l-Qorti naqset milli tiehu konjizzjoni tal-aggravji fuq il-meritu tar-rikors promotur u ma haditx in kunsiderazzjoni xierqa l-aggravji sottomessi fir-rikors tal-appell. Inoltre qed jinghad li fl-appell ma kienx hemm l-opportunita` lil-aggravji jigu trattati, u ma gewx trattati, peress li l-ewwel aggravju biss gie trattat.

L-aggravju mressaq mir-rikorrent dwar in-nuqqas ta' trattazzjoni tal-aggravji fil-meritu ma ghandu ebda fondament billi kien in-nuqqas tieghu stess, jew tad-difensur tieghu, li wassal ghal dak li issaqed isir ilment dwaru.Dan premess, jidher minn qari tar-rikors tal-appell fil-proceduri li waslu ghas-sentenza li dwarha qed issir talba ghar-ritrattazzjoni, li l-aggravji fil-mertu gew dettaljatament esposti u ghalhekk ma jistax jnghad li dik il-Qorti ma kellhiex l-opportunita` li tikkunsidra dawnl-istess aggravji. Anzi minn dak li jinghad fis-sentenza de quo jidher li l-istess qorti hadet konjizzjoni ta' dawn l-aggravji fil-mertu, biss ikkunsidrathom bhala li “jammontaw ghal sottomissjonijiet illi f'din is-sentenza l-Bord li Jirregola l-Kera ghamel apprezzament zbaljat tal-provi prodotti quddiemu.” In effetti dik il-Qorti mhux talli rrilevat li tali apprezzament ma kienx sindakabbli fi stadju tal-appell, talli wkoll ezaminat l-istess provi u ddikjarat li “ma ssib ebda raguni ghala ghandha tiddisturba l-apprezzament akkurat u dettaljat tal-provi prodotti maghmul mill-Bord li Jirregolal-Kera". Dan l-aggravju ghalhekk ukoll mhux gustifikat.

Ghadaqstant, din il-Qorti qed tichad t-talba ghar-ritrattazzjoni tas-sentenza ta' din il-Qorti tal-21 ta' Jannar, 2004, bl-ispejjes kontra r-ritrattandi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni