Reference: 804/2003/1

Judgement Details


Date
06/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCICLUNA MAUREEN vs FARRUGIA DR ANTHONY P
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AVUKAT, MANDAT SPECJALI - DEPOZITU TA` FLUS FIL-QORTI - AVUKAT, NATURA TAR-RAPPORT MAL-KLIJENT - KOMPENSAZZJONI, AMMISSJONI TAD-DEJN - KOMPENSAZZJONI, META TISTA` SSIR - KOMPENSAZZJONI GUDIZZJALI - MANDAT, SPECJALI
Summary
Hi gurisprudenza pacifika illi r-rapport li jghaddi bejn klijent u l-avukat jew il-prokuratur legalili jqabbad ghall-affarijiet tieghu gudizzjarji huwa dak ta' mandat.

Jitnissel minn dan illil-inkarigu konferit lill-professjonista jimplika fil-mandatarju l-poter li jaghmel dak kollu li hu mehtieg ghall-ezekuzzjoni ta' l-inkarigu li jkun irceva.

Meta l-mandat ikun specjali il-poteriu d-dmirijiet tal-mandatarju huma determinati mill-mandat innifsu u hu m'ghandux u ma jistax iwettaq ebda att jekk mhux dawk indikati fil-mandat u li huma necessarji sabiex jitwettaq il-mandat. Hi in effetti disposizzjoni tal-ligi li "l-mandatarju ma jista' jaghmel xejn li johrog mil-limiti tal-mandat" (Artikolu 1864, Kodici Civili);

Meta l-avukat jaccetta l-inkarigu huwa jassumi l-obbligu li jezegwixxi l-att guridiku li ndahal ghalih fl-interess tal-mandanti. Essenzjalment, l-adempjenza tieghu tirravvisa ruhha fir-relazzjoni interkorrenti bejn l-obbligu li jikkonforma ruhu ma' l-indikazzjonijiet tal-mandanti u r-realizzar ta' dan l-istess obbligu. Li hu cert huwa l-fatt li ma jistax jippretendi li jitragga vantagg ghalih mis-somom lilu affidati ghal skop specifiku. Il-ligi hicara. Hu obbligat jezegwixxi l-mandat, inkella fin-nuqqas ta' ezekuzzjoni jista' jkun passibbli ghal danni u mghaxijiet [Artikolu 1873 (1) Kapitolu 16]. Hu mistenni li din l-ezekuzzjoni ssir bid-dovuta diligenza tal-bonus paterfamilias skond il-kapacita` professjonali tieghu. Diligenza din li trid tigi valutata essenzjalment in relazzjoni ma' l-intendiment tal-mandat u b' riferiment ghal-limitioggettivi ta' l-inkarigu u l-istruzzjonijiet impartiti lilu qua mandatarju. Li jfisser illi jekk jagixxi fil-limiti tal-mandat u qaghad ghall-istruzzjonijiet moghtija ma tistax tigi mputata lilu ebda ezekuzzjoni negligenti. Inversament, jekk huwa jagixxi difformement mill-inkarigu huwa jitqies fihtija fit-termini ta' l-Artikolu 1873 (1) succitat. Dan wara kollox ma huwiex hlief riaffermazzjoni tal-principju generali in tema ta' l-obbligazzjonijiet kontenuti fl-Artikolu 1125 ta' l-istess Kodici Civili;

Il-kompensazzjoni gudizzjali mhux ammissibbli meta l-likwidazzjoni ta' wiehed mill-krediti tkun tiddependi fuq ratizzazzjoni mhux accettata mill-kontro-parti.

Min jeccepixxil-kompensazzjoni qieghed implicitament jammetti d-dejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info