Reference: 759/2002/1

Judgement Details


Date
06/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
WHITAKER KAREN vs LAMAGNA FABIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GHERUSIJA, DIVIZJONI TA` KREDITI U DJUN WARA T-THASSIR TA`
Summary
Jekk fil-kuntest ta' kuntratt ta' gherusija tigi kreata komunjoni ta' debitu u ta' kreditu bejn l-gharajjes, dan necessarjament inissel il-partecipazzjoni taghhom it-tnejn ghall-attwazzjoni tar-rapport. Ghalhekk lil kull wiehed u wahda tispetta kwota ta' obbligazzjoni korrispondenti ghar-rapport tal-komunjoni indiviza ta' bejniethom u li allura f' kaz ta' xoljiment ta' din l-istess komunjoni, l-obbligazzjonijiet assunti jigu spartiti skond din il-kwota. F' dan il-kaz kull wiehed mill-kontendenti kellu fl-gherusija kwota ndaqs u li allura hu prezunt ukoll li ndaqs dahlu fl-idem debitum u l-eadem causa obligandi. Dan igib allura illi jekk wahda minnhom ikkontribwit bi flus proprji ghall-obbligazzjoni l-parti l-ohra hi mistennija li tirrifondilha dak is-sehem korrispondenti ghall-kwota taghha, jigifieri n-nofs tal-hlas li l-parti fosthom tkun ivversat;

Hu ragonevolment mistenni, imbaghad, illi meta jinqalghu l-intoppi u l-weghda taz-zwieg tispicca dak li kien fil-komunjoni ta' bejniethom jinqasam. Dan jinkludi anke l-komunjoni tad-debitu li jkunu dahhlu ghalih flimkien izda li dwaru tkun ikkontribwixxiet biss parti wahda. B' egwal mod dan ighodd fil-kaz tal-komunjoni ta' kreditu konsistenti fl-akkont bankarju li ghalkemm appartenenti lit-tnejn kien jinkorpora fih l-kontribuzzjonijiet biss ta' parti minnhom.

Dan iwassal b' effett illi meta s-sors huwa personali lil xi wiehed biss fost il-konsorti, hu, imbaghad, mistenni li kull wiehed minnhom jirrikonoxxi dan l-istat ta' fatt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info