Reference: 400/2000/1

Judgement Details


Date
01/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GIRLANDO GIUSEPPE ET vs PORTELLI MARY ARMLA TA' GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, RESPONSABILITA` GHAL RIPARAZZJONIJIET FIL-KAZ TA` ENFITEWSI TEMPORANJA LI TIGI KONVERTITA F`LOKAZZJONI TAHT IL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA
Summary
Il-ligi taghna tobbliga lill-enfitewta jaghmel ir-riparazzjonijiet kollha necessarji, bla differenzajekk l-istess ikunu ta' natura ordinarja jew straordinarja; pero` l-istess ligi taghna fl-Artikolu1507 Kap. 16, wara li tobbliga lic-censwalist fis-sens li ntqal, timponilu jaghmel kwalunkwe obbligazzjoni imposta mil-ligi lill-proprjetarji tal-fondi sew urbani kemm rustici - artikolu li jaqbel ma'dak li ssemma' qabel; imma fil-kaz ta' enfitewsijiet temporanji biss timmitiga dik ir-regola, jew ahjar dak l-obbligu, fis-sens li tghid li l-enfitewta jkun jista' jitlob li d-direttarju jkun ikkundannat jikkontribwixxi meta l-ispiza tkun konsiderevoli skond il-pattijiet ta' l-enfitewsi, skond iz-zmien li jkun fadallu biex taghlaq l-enfitewsi u kunsidrati c-cirkustanzi l-ohra tal-kaz - temperament ekwitattiv li m'hemmx bzonn jinghad, johrog barra min-normi komuni li jirregolaw dana l-istitut, tant ghaz-zmien meta dik il-kontribuzzjoni tista' tigi mitluba kemm ghan-natura taghhom.

Il-kwistjoni li qamet f'din il-kawza kienet din: bil-fatt li in forza ta' l-Att XXIII tal-1979, is-subenfitewta temporanju jigi konvertit ope legis inkwilin li ser jibqa' fil-pussess tal-fond ghal zmien indefinit, ghandha jew m'ghandhiex tapplika l-mitigazzjoni msemmija fil-ligi fil-kaz ta' subenfitewsitemporanja?

Il-Qorti qieset li huwa skorrett li jigi ritenut li inkwilin li qed igawdi l-uzutal-fond b'titolu ta' lokazzjoni ghandu jitqieghed fl-istess livell ta' drittijiet daqs li kieku hukien censwalist b'cens ghal zmien twil. Fi kliem iehor, iz-zmien ta' l-okkupazzjoni tal-fond b'kerajikkostitwixxi biss wiehed mill-fatturi li ghandhom jittiehdu in konsiderazzjoni. L-Att XXIII tal-1979, fost ohrajn, jipprovdi li fil-mument tal-konverzjoni, ir-rata ta' cens li kienet tithallas tirdoppja. Wara perijodu ta' hmistax-il sena, dan l-ammont jista' jerga' joghla ope legis. Certamentukoll id-drittijiet normalment moghtijin lill-enfitewta bil-ligi huma usa minn dawk disponibbli lilsemplici inkwilin. Kwindi, bhala korollarju, ifisser li l-obbligi spettanti lil sid il-kera, u mhuxaktar lid-direttarju, huma aktar oneruzi.

Jista' jinghad li l-Att XXIII tal-1979 holoq sitwazzjoni gdida f'dak li ghandu x'jaqsam mar-relazzjoni guridika bejn is-sid u l-ex-subenfitewta. Certament, il-fatt li persuna tipprevalixxi ruhha minn beneficcju li jigi f'hogorha ope legis m'ghandhiex tisfa penalizzata. F'tali cirkostanzi ghalhekk, huwa dover tal-Qorti li tezamina r-ragonevolezzata' dak li kull naha qeghdha tissottometti biex hija tkun f'qaghda li tistabbilixxi sens ta' bilanc,sa fejn dan huwa possibbli, bejn iz-zewg poli. Bhala parti minn dan l-ezercizzju, hu doveruz li jigu indagati sew x'setghu kienu dawk ic-"cirkostanzi ohra tal-kaz" li jissemmew fil-proviso ta' l-Artikolu 1507 tal-Kap. 16.

Il-Qorti waslet ghall-konkluzjoni li s-sid f'dawn ic-cirkostanzi ghandu jikkonmtribwixxi ghal spejjez straordinarji u llikwidat ammont arbitrio boni viri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info